Lokali
Cassola jgħid li l-KE ma tistax tinvestiga jekk Egrant saritx biex jinġabru fondi għall-PL

Il-Professur Arnold Cassola qal li l-Kummissjoni Elettorali ma tistax tinvestiga jekk il-kumpanija Egrant, irreġistrata fil-Panama, saritx biex jinġabru fondi għall-Partit Laburista.

Fi stqarrija, il-Professur Cassola qal li fi tweġiba li ngħata mill-Kummissjoni Elettorali, il-liġi tal-finanzjament tal-partiti trid tinbidel biex tinidirizza n-nuqqasijiet li tqajmu wkoll mill-Qorti Kostituzzjonali.