Lokali
Ċek jgħid li ħarab pajjiżu, iżda sabuh u kaxkruh sal-irdum tas-Sannat

Il-Qorti ma laqgħetx l-appell biex ma jiġix estradit f’pajjiżu Marek Drga, Ċek residenti Malta li nħareġ mandat ta’ arrest Ewropew għalih.

Drga li qed jiġi mfittex talli evada t-taxxa f’pajjiżu talab lill-Qorti Maltija biex ma testradiħx lura f’pajjiżu għaliex kien imġiegħel jiffirma xi karti ta’ kumpanija li kien biegħ lil ħaddieħor kontra r-rieda tiegħu.

Huwa qal li kemm il-Pulizija kif ukoll is-sistema ġudizzjarja Ċeka huma korrotti u mkien ma seta’ jsib għajnuna.

Drga kien ħarab minn pajjiżu u ġie Għawdex fejn qal li n-nies li kienu qed jhedduh irnexxielhom isibuh.

Huwa qal li saħansitra ħaduh Sannat fuq l-irdum fejn heddewh b’ħajjtu jekk ma jiffirmax 50 paġna ta’ kuntratt. Huwa ffirma kontra r-rieda tiegħu.

Il-Qorti ddeċidiet li mhux xogħolha tiddeċiedi dwar l-allegazzjoni tal-frame-up. Iżda, fl-istess waqt qalet li ma kien hemm ebda provi li se ssir inġustizzja jekk l-akkużat jintbagħat lura pajjiżu.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Milied jiġi għal kulħadd u jferraħ bosta qlub. Żorna ċ-Centro Spero għal persuni nieqsa mid-dawl fejn ħassejna l-entużjażmu tal-persuni nieqsa mid-dawl li qed iħejji għal produzzjoni tal-Milied bi drama u…

Ekonomija u Finanzi

Statistika tal-Eurostat uriet li fl-2016, in-nefqa ta’ Malta f’għajnuniet soċjali kienet inqas mill-medja Ewropea. Fil-fatt Malta kienet f’sitt post mill-aħħar fost 28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea li tonfoq fuq servizzi soċjali….

Brexit

Tkompli titħabbel il-kobba dwar Brexit wara li fl-aħħar jiem il-Prim Ministru Theresa May tidher li spiċċat b’idejha f’idejha meta ma kisbitx garanzija ta’ assigurazzjonijiet dwar il-fruntiera tal-Irlanda mill-mexxejja tal-Unjoni Ewropea….

Brexit

Il-korrispondent tal-BBC, Chris Morris, f’kummenti esklussivi lil Television Malta, stqarr li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May s’issa għadha ma kisbitx dak mistenni minn ħafna Parlamentari Ingliżi biex jaċċettaw il-ftehim li…

Aktar