Saħħa
Celia Falzon tinħatar CEO tal-Isptar Mater Dei

Celia Falzon ġiet appuntata bħala designate Chief Executive Officer tal-Isptar Mater Dei.

Celia Falzon fil-preżent hi CEO tal-Ispiżerija tal-Għażla tiegħek. Hi għandha Master’s fl-Amministrazzjoni tan-Negozju (Business Administration) li jispeċjalizza fi pjanar strateġiku.

Is-Sinjura Falzon ilha involuta fi proġetti kbar fil-qasam tas-saħħa pubblika sa mill-2014. Fosthom it-tkabbir tal-emerġenza u inizjattivi dwar listi ta’ stennija, kif ukoll kienet strumentali għall-aħħar teknoloġiji fl-isptar Mater Dei bħall-proġett tar-robotika għat-tqassim tal-mediċini.

Is-Sur Ivan Falzon, is-CEO attwali tal-isptar Mater Dei se jkun qed iħalli l-kariga fi Frar. Huwa kien ilu jokkupa l-kariga ta’ CEO ta’ Mater Dei sa mill-2014. Fi stqarrija ntqal li huwa kien strumentali għal diversi proġetti li saru f’Mater Dei matul l-aħħar snin fosthom il-ftuħ ta’ swali ġodda, investimenti ta’ miljuni ta’ ewro f’apparat ġdid bħalma huma l-MRI, CT Scans u Angiosuite, u l-ftuħ taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne rringrazzja lis-Sur Falzon għat-tmexxija tiegħu tal-Isptar Mater Dei, filwaqt li awgura lis-Sinjura Celia Falzon għall-kariga ġdida tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

It-tranżizzjoni klimatika inkorporata fil-Patt Ekoloġiku hija imperattiv etiku kif ukoll opportunità ekonomika. Jeħtieġ li nadattaw il-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw biex nipproteġu ’l saħħitna u l-benesseri tagħna u nħarsu l-pjaneta…

Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi Brussell għat-tieni jum tas-summit speċjali tal-Kunsill Ewropew, bil-għan li jintlaħaq qbil fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. L-ewwel jum tas-summit kien wieħed…

Qorti

Aġġornat kontinwament Illum issoktat l-inkjesta pubblika fil-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, liema inkjesta qed tistħarreġ jekk l-awtoritajiet setgħux jieħdu miżuri biex jevitaw dan id-delitt. Fis-seduta tal-lum qiegħed jixhed Glenn Bedingfield….

Kultura

Huma ħafna l-Beltin involuti fil-Karnival: minn karristi . . . sa żeffiena . . . għal oħrajn involuti fl-organizazzjoni, b’ħafna mill-attivitajiet ewlenin organizzati minn għada sat-Tlieta li ġej fit-toroq ewlenin…

Aktar