Kunsilli Lokali
Ċentru ċiviku ġdid fix-Xagħra b’investiment ta’ €1.5 miljun

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li bi ftehim mal-Kunsill Lokali tax-Xagħra se jwettaq il-proġett ta’ ċentru ċiviku ġdid fix-Xagħra, Għawdex.

Il-Ministru Camilleri qal li l-Ministeru se jkun qed jiffinanzja dan il-proġett b’valur ta’ kważi €1.5 miljun bil-għan li jkunu jistgħu jiġu pprovduti servizzi governattivi b’mod aktar effiċjenti u aċċessibbli.

Dan filwaqt li l-kunsill se jkun qed jieħu ħsieb ix-xogħlijiet fuq dan iċ-ċentru.

Preżentament, il-binja tinkorpora fost ohrajn l-uffiċini tal-kunsill lokali, l-għassa tal-pulizija u l-berġa tas-saħħa.

Bis-sahha tal-proġett l-ghassa u l-berga se jkunu fil-livell tat-triq filwaqt li se jsir lift biex il-pubbliku jaċċessa l-uffiċini tal-kunsill lokali fl-ewwel sular u s-sala tal-komunità li se tinbena fuqnett.

Il-proġett għandu jitlesta sa tmiem l-2024.