Saħħa
Ċentru fejn jiġu ttestjati l-pazjenti għal COVID19 f’Ħal Farruġ

L-awtoritajiet tas-saħħa komplew jimplimentaw il-pjan ta’ prevenzjoni kontra l-Covid 19, bil-ftuħ ta’ ċentru f’Ħal Farruġ fejn il-persuni li jiġu riferuti jew mis-servizz tat-telefon 111, jew inkella mit-tabib tagħhom, isirilhom dak li jissejjaħ ‘swab test’, li bih jittieħed kampjun tal-likwidu minn ġol-imnieħer biex jigi ezaminat taht il-mikroskopji fil-laboratorji tal-isptar Mater Dei.

Is-supretendent tas-saħħa pubblika Prof Charmaine Gauci qalet li wara li jsir it-test il-persuna tmur id-dar u toqgħod kwarantina sakemm joħroġ ir-riżultat. Il-Professur Gauci qalet li min jintalab jiġi fiċ-ċentru ta’ Ħal Farruġ, irid jiġi bil-vettura tiegħu u jmur lura bil-vettura tiegħu, iżda f’każ li persuna ma jkolliex mezz ta’ trasport, id-dipartiment tas-saħħa pubbliku jibghat il-professjonisti fid-dar tal-persuna li qegħdin kwarantina u jagħmlulhom dan it-test.

Prof Gauci spjegat li jekk t-test ikun pozittiv l-awtoritajiet tas-sahha jimplimentaw il-proċedura tal-iżolament.”Hemmhekk ninfurmawhom u nies mill-Mater Dei jmorru għall-persuna, u joħduh b ambulanza fl-infection diseases unit, kif diġà sar, issa jekk hemmx bżonn iktar ċentri, inkomplu navvanzjaw bil-pjani tagħna biex nilħqu d-domanda li kien bżonn”.

Iċ-ċentru f’Ħal Farruġ għandu tmint ikmamar, inkluż ukoll kamra għal persuni li jkollhom problema ta’ mobbiltà. Meta wieħed jasal iċ-ċentru se jsib tabib jistennih u jitolbu jiddiżinfetta jdejh, u jnaddaf imnieħru, u wara jintalab biex iżomm idejh marbuta. Il-persuna jiġi mistoqsi id-dettalji personali u wara jittieħed f’kamra fejn it-tabib jagħmel l-iswab test, u wara li jintemm il-proċess jiġi eskortat barra u jiġi mitlub joqgħod kwarantina d-dar sakemm issir komunikazzjoni miegħu. Iċ-ċentru se jkun hemm żewġ tobba u jinfetaħ mit-tmienja ta’ filgħodu sat-tmienja ta’ filgħaxija.

Gepostet von Television Malta am Dienstag, 10. März 2020

It-tieni parti tat-test

Gepostet von Television Malta am Dienstag, 10. März 2020

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

It-tabib tal-emerġenza, Michael Spiteri esprima d-diżżapunt tiegħu fuq il-media soċjali għall-fatt li lbieraħ filgħaxija partitarji tal-Floriana inġabru f’attività tal-massa fuq il-Fosos, sabiex jiċċelebraw id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol li vvutaw…

COVID-19

Il-Coronavirus qed jolqot sew l-Amerka Ċentrali li saret l-epiċentru tal-pandemija. Fi Gwatemala, żewġ saċerdoti missjunarji Għawdxin qalu li fl-aħħar ġimgħat, il-faqar kompla jgħolli rasu b’saħanisitra familji qed itajru bandiera bajda…

COVID-19

Sidien ta’ ristoranti li fetħu fi tmiem il-ġimgħa wara aktar minn xahrejn magħluqa qalu lil TVM li minkejja li kien bidu kwiet, iħossuhom pożittivi għaliex il-klijenti qed juru sinjali ta’…

Aktar