Lokali
‘Ċerti prinċipji tal-ġurnaliżmu qed jixxellfu minn xi wħud’ – Joe Micallef Stafrace

B’esperjenza vasta fil-qasam tal-ġurnaliżmu, l-Avukat Joe Micallef Stafrace, illum irtirat, iżda xorta isegwi dak li għaddej u jistqarr li ċerti principji sagrosanti tal-ġurnalizmu professjonali qed jigu imxelfa minn uħud.

L-Avukat Joe Micallef Stafrace, li kien ġurnalist, editur, lettur fl-Università dwar il-liġi tal-istampa u serva bħala Chairman tal-Awtorità tax-Xandir, saħaq li l-ġurnalista huwa fid-dmir li jinforma, iżda insista li irid jagħmel distinzjoni bejn il-fatti u l-opinjonijiet. Qal li huwa prinċipju sogrosant li r-rappurtaġġ għandu dejjem ikun ibbażat fuq il-fatti. Dr Micallef Stafrace qal li dan mhux dejjem qed jiġri.

Dr Micallef Stafrace qal “il-ġurnalisti, uħud minnhom, qed jitfgħu dell ikrah fuqhom billi ma jafux jikkontrollaw ċertu kitba. Jiena dejjem għallimt prinċipju antik, mhux ivvintajtu jien: ‘facts are sacred – comment is free’. Il-fatti trid tistabbilihom sostanzjalmennt u dan fl-interess tal-ġurnalist. Anzi dover bħala ġurnalista inżommu lill-poplu infurmat. Però gidba tibqa dejjem gidba.”

Dr Micallef Stafrace wera tħassib li l-mezzi tal-midja soċjali qed idakkru b’mod ħażin lill-ġurnalisti tal-midja tradizzjonali

Dr Micallef Stafrace qal “jien naħseb li qiegħda tkisser ir-reputazzjoni tal-ġurnalisti. Il-ġurnalisti serji, professjonali, ħafna drabi jiċċapsu b’ċertu imbarazz u ħmieġ fil-media soċjali … Jiġifieri l-ġurnalisti serji nistenna minnhom self-dicipline però nippretendi wkoll li ma jitniġġżux minn din il-kwalità ta’ imbarazz li qed naraw fuq il-mezzi moderni”

L-Avukat Micallef Stafrace temm jgħid li l-ġurnalisti għandhom responsabbilità kbira, iżda jħossu ddispjaċut meta ma tiġix osservata l-etika u dak li dejjem insista fuqu li l-affarijiet tad-dar, jitħallew għad-dar.

Aħbarijiet Oħra
Sigurtà

‘Il fuq minn ħamest elef atleta, żewġ terzi minnhom barranin, kienu fuq ix-xwiek biex għada, il-Ħadd filgħodu, jieħdu sehem fil-maratona ta’ Malta. Iżda b’xorti ħażina, il-maratona tħassret ftit tal-ħin ilu…

Lokali

F’riċerka għad-dottorat dwar il-kriminalità fil-familji Maltin, Janice Formosa Pace sabet li l-familja tista’ tkun dik li tippromwovi l-kriminalità. Kontra dak li jseħħ fl-Eworpa, f’Malta hija komuni li l-ġenituri u l-ulied…

Sport

Waqt logħba tat-Tieni Diviżjoni bejn Oratory Youths u Qala Saints, ir-referee Joseph Agius spiċċa qala’ daqqa ta’ ponn wara li ta żewġ karti sofor lil plejer tal-Qala. Il-logħba li saret…

Edukazzjoni

Il-Fondazzjoni President’s Trust kompliet tqassam tagħmir lil tfal li għandhom diffikultà bil-vista biex tgħinnhom fil-mixja edukattiva tagħhom. B’kollox il-fondazzjoni qassmet b’kemm jiswa €150,000 f’tagħmir tal-informatika lil 65 tifel u tifla….

Aktar