Lokali
Charlene Farrugia allegatament inqatlet f’appartament tal-allegat qattiel

Sorsi qrib l-investigaturi kkonfermaw ma’ TVM li Charlene Farrugia, it-tfajla li għebet 11-il sena ilu, inqatlet f’appartament fi Triq Efesu, f’San Pawl il-Baħar li fi tmiem il-ġimgħa beda ikun mgħasses mil-pulizija. S’issa mhux magħruf jekk l-investigaturi sabux provi li d-delitt seħħ f’dan l-appartament.

Il-każ tal-għejbien ta’ Charlene Farrugia ħa żvolta u beda jinħall meta Woods kien qed jiġi interrogat b’rabta mal-hold up. Mhux magħruf jekk meta għebet Charlene, kinitx diġà tkellmet miegħu. Waqt li għadhom mistennija aktar riżultati mediċi u forensiċi fosthom tad-DNA, il-pulizija stabbilixiet li Charlene kienet fl-appartament ta’ Woods 11-il sena ilu meta seħħ id-delitt. Huwa kien ħabib ta’ Charlene u tal-għarus li kellha dak iż-żmien. L-appartament fejn seħħ il-qtil instab fi stat ta’ abbandun iżda l-uffiċjali tal-pulizija tax-xena tar-reat għamlu tfittxija għal kull possibiltà ta’ evidenza.

Sorsi qalu li Woods, minbarra li indika li kien ħeba l-fdalijiet tagħha f’daħla fil-foss wara l-lukanda Phoenicia, qal lill-pulizija li ħeles mill-kumplament tal-fdalijiet f’postijiet oħra, fosthom fi skips.

Oht Charlene, Naomi li kienet għamlet żmien twil tappella għall-għajnuna sabiex isir magħruf x’ġara minn oħtha, fuq Facebook esprimiet l-apprezzament tagħha għas-solidarjetà li rċeviet hi u l-familja tagħha wara din l-iżvolta. Hija rringrazzjat lil kull min offra l-għajnuna u t-talb waqt li għaddejjin minn daż-żmien diffiċli.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Waqt li hemm stennija għall-azzjonijiet li se jittieħdu mill-Gvern wara l-konsultazzjoni pubblika li saret fuq it-traffikar uman u l-prostituzzjoni, stħarriġ mill-programm INSIGHTS li jixxandar illejla fuq TVM, wera li l-prostituzzjoni…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li min qed jinvestiga l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għandu jkollu l-kuraġġ jasal sal-aħħar għax warajh se jsib l-appoġġ u d-difiża ta’…

Agrikultura

Skola fiż-żona “Taż-Żokrija” fil-Mosta li tifforma parti mill-Kulleġġ Maria Reġina għandha ċentru mnejn toffri lill-istudenti fl-aħħar tliet snin tas-sekondarja tagħlim fuq l-agrikoltura u t-trobbija tal-annimali. Mifrux fuq erbat elef u…

Aktar