Lokali
Charlene Farrugia tingħata tislima xierqa wara li nqatlet 13-il sena ilu

Charlene Farrugia dalgħodu ngħatat tislima xierqa fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ wara li nqatlet 13-il sena ilu.

Wara 13-il sena mindu Charlene Farrugia ġiet irrappurtata nieqsa, John Paul Woods, li ġie arrestat waqt serqa f’ħanut fil-Gżira, fl-interrogazzjoni żvela li hu kien qatilha u li ħeba l-fdalijiet tagħha.

Woods qal li qatel lit-tfajla b’daqqa ta’ sikkina u bil-ponta u fgaha billi żammilha ħalqha b’idejh u li ħeba l-fdalijiet ta’ Farrugia fis-sur fil-Belt taħt ir-riħ tal-lukanda Phoenicia, li nstabu mill-Pulziija wara l-istqarrija li ta.

Il-Qorti kienet sabet li hemm biżżejjed provi biex John Paul Woods jitqiegħed taħt att ta’ akkuża.

Ara wkoll:

Ikkonfermat li l-fdalijiet misjuba f’sur tal-Belt huma ta’ Charlene Farrugia