Lokali
Charles Dalli jinħatar Kap Eżekuttiv tal-PBS

L-Inġinier Charles Dalli nħatar bħala Kap Eżekuttiv tal-Public Broadcasting Services (PBS).

Fi stqarrija maħruġa mill-PBS ntqal li l-Bord tad-Diretturi tal-PBS ħabbar din il-ħatra f’laqgħa li saret illum stess u li matulha ttieħed vot, li kien unanimu, biex l-Inġinier Dalli jokkupa din il-kariga.

Id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-Bord evalwa l-ħidma tal-Inġinier Dalli tul dawn l-aħħar xhur u ddeċieda li jinħatar ‘effett immedjat bħala Kap Eżekuttiv.  Il-Bord tad-Diretturi awgura kull suċċess lill-Inġinier Dalli fil-ħatra l-ġdida tiegħu.

L-Inġinier Dalli ilu jservi fil-PBS f’diversi pożizzjonijiet, fosthom bħala Kap tal-Operat u Deputat Kap Eżekuttiv, filwaqt li għal dawn l-aħħar tmien xhur huwa okkupa l-kariga ta’ Aġent Kap Eżekuttiv.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar