Kisbiet
Charles Miceli jingħata l-Ordni Nazzjonali tal-Mertu wara mewtu

Charles Miceli li miet fid-9 ta’ Marzu 2018, kien attivist fil-qasam soċjali u ġurnalist.

Miceli, li miet fl-età ta’ 68 sena ddedika ħajtu biex jiddefendi u jitkellem f’isem il-fqir u l-batut. Wara mewtu, Miceli ngħata l-Ordni Nazzjonali tal-Mertu.

Għal numru twil ta’ snin Miceli ħadem fin-newsroom tal-Union Print, kien jirrapporta mill-Qorti, mill-Parlament  kif ukoll kien involut f’numru ta’ avvenimenti nazzjonali importanti.  

Wara l-karriera ġurnalistika, Charles Miceli ħadem ta ruħu u ġismu għall-ħidma fil-qasam soċjali kemm fil-ħidma mal-Caritas kif ukoll fuq livell personali. Hu mexxa diversi kampanji favur nies vulnerabbli  u kien tarka qawwija għal dawk fil-bżonn.

Charles kien miżżeweġ lill-Kummissarju għat-tfal, Pauline Miceli u missier ta’ tifla.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-maħżen tal-Knisja tal-Imġarr ilbieraħ laqa’ attività mhux tas-soltu. Seba’ rġiel poġġew ma’ mejda bil-għan li jiksru rekord nazzjonali biċ- ‘chicken nuggets.’ Din l-isfida saret waqt il-maratona tas-soċjetà filarmonika Marija Mtellgħa…

Kultura

Fis-sentejn li għamlu Malta, il-Franċiżi ħallew timbru li għadu magħna sal-lum. Ħames xhur wara li Malta saret membru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija, komplew l-attivitajiet biex ifakkru l-Jum Internazzjonali tal-Frankofonija, f’pajjiżi li…

Kronaka

Rumen ta’ 30 sena darab ġrieħi gravi wara li l-forklifter li kien riekeb fuqu nqaleb. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-23:15 ġewwa t-Tarzna fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid. Il-forklifter kien misjuq…

Aktar