MEUSAC
Charlie u sħabu qed jaħdmu mad-Dwana b’fondi Ewropej

X’għandhom komuni d-Down Syndrome Association Malta, il-Kunsilli Lokali tas-Siġġiewi, l-Għasri, u Ta’ Sannat, u d-Dipartiment tad-Dwana?

Dawn l-entitajiet, fost ħafna oħrajn, ħadu fondi tal-UE għal proġetti ta’ ġid għall-komunità. Dan għamluh għaliex il-MEUSAC għenithom ifasslu applikazzjoni tajba li minnha setgħu jieħdu l-fondi Ewropej.

Xi proġetti wettqu jew qed iwettqu dawn l-organizzazzjonijiet u entitajiet?

– Id-Down Syndrome Association Malta kisbet fondi biex setgħet torganizza skambji ta’ numru ta’ żgħażagħ bid-down synrome. Waqt dawn l-attivitajiet, il-parteċipanti ltaqgħu ma’ żgħażagħ oħra li magħhom qasmu l-esperjenzi tagħhom u tgħallmu affarijiet ġodda mingħand xulxin.

– Il-Kunsilli Lokali ta’ diversi lokalitajiet Maltin u Għawdxin, fosthom dawk tas-Siġġiewi, l-Għasri u tas-Sannat, akkwistaw fondi biex jirranġaw numru ta’ toroq rurali. Dawn il-proġetti qed jagħmluha aktar faċli għall-bdiewa biex jidħlu fl-għelieqi tagħhom.

– Id-Dipartiment tad-Dwana, xtara klieb biex jgħinu lid-Dipartiment jaqbad sigaretti u tabakk b’kuntrabandu. L-istess Dipartiment se jixtri vann mgħammar b’tagħmir tal-X-ray li jippermetti lill-uffiċjali tad-Dwana f’Malta jispezzjonaw iktar fid-dettall merkanzija li tidħol f’Malta mis-suq intern tal-Unjoni Ewropea.

Bħala aġenzija tal-Gvern, il-MEUSAC tipprovdi assistenza bla ħlas lill-għaqdiet mhux governattivi, Kunsilli Lokali, skejjel, entitajiet tal-Gvern u oħrajn, biex ifasslu l-proġetti tagħhom u jissottomettu l-applikazzjoni neċessarja għall-fondi Ewropej.

Mal-€50 miljun f’fondi tal-UE għal għaqdiet u entitajiet

Mill-2008 sal-lum, il-MEUSAC assistiet 419 entità differenti sabiex jibbenefikaw minn ftit iktar minn €49 miljun f’fondi Ewropej għall-proġetti tagħhom.

Riċentement, il-MEUSAC beda joffri wkoll taħriġ lill-entitajiet diversi, f’dak li għandu x’jaqsam mal-ippjanar ta’ proġett kompetittiv u l-proċess involut għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-fondi.

Jekk l-organizzazzjoni tiegħek tixtieq tkun taf kif tista’ tibbenefika minn fondi tal-UE ibgħat email lil [email protected] jew ċempel 2200 3300.

 

Tagħrif miġbur minn:

Aħbarijiet Oħra
Trasport

Fil-ġimgħat li ġejjin se jibdew xogħlijiet fil-venda tal-karozzi tal-linja fil-foss ta’ San Ġakbu għal titjib fil-faċilitajiet għal passiġġieri. Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li dan l-proġett ser jiswa €400,000 u…

Lokali

Il-membri ġodda li ġew eletti fil-kunsill tal-Kamra tal-Kummerċ kellhom laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja. Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Perit David Xuereb, qal li l-Kamra tal-Kummerċ se tkompli taħdem fl-interess tan-negozju….

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li huwa ironiku li Dr Simon Busuttil u Dr Jason Azzopardi ffirmaw rikors biex il-Qorti twaqqaf il-ħatriet tat-tliet Imħallfin u tliet Maġistrati. Illum, fil-Palazz tal-President,…

Lokali

Fil-Palazz tal-President, ingħataw il-ġurament tal-ħatra tliet Imħallfin u tliet Maġistrati ġodda. Il-ġuramenti tal-ħatra ngħataw mill-President George Vella li ħeġġeġ lill-Gvern biex ifassal u jimplimenta l-miżuri li jsaħħu l-indipendenza tal-ġudikatura kif…

Aktar