Lokali
Childcare centre għall-komunità Siġġiwija bħala parti mill-proġett ta’ housing soċjali ġdid fis-Siġġiewi

Għaddej ix-xogħol fuq it-tieni l-ikbar proġett ta’ housing soċjali. Dan il-proġett, li qed isir fil-periferija tas-Siġġiewi b’investiment ta’ 8 miljun ewro, se jikkonsisti f’child care centre, 84 appartament u 73 garaxx. Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, qal li l-Gvern sema’ t-talba tal-ġenituri Siġġiwin li jixtiequ joħorġu jaħdmu, iżda jsibu diffikultà minħabba li għandhom tfal żgħar xi jrabbu, u għalhekk ħaseb li f’dan il-proġett jinkludi fih spazju għal child care centre.

Il-proġett ta’ housing soċjali fis-Siġġiewi huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu. Dan għax fih se jkun hemm childcare centre għal komunita’ Siġġiwija li se jkun mifrux fuq medda ta’ iktar minn 300 metru kwadru. Iċ-childcare se jkun mibni fil-livell tat-triq, u madwaru se jkun hemm faċilitajiet rikreattivi u spazju miftuħ għall-pubbliku. Il-binja tinsab fi Triq Dun Mikiel Azzopardi, ftit ‘il bogħod mill-iskola primarja tar-raħal.

Fi żjara fuq is-sit, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, qal li dan il-proġett hu xhieda tal-viżjoni ekonomika u soċjali ta’ dan il-Gvern li qal hi mibnija mhux biss fuq it-tkattir tal-ġid, iżda wkoll fuq il-kwalita’ tal-ħajja tal-familji Maltin.

Kompla jgħid li dan il-proġett ta’ housing soċjali u childcare centre se jkompli jagħti iktar opportunitajiet lill-ġenituri żgħażagħ biex joħorġu jaħdmu u ma jaqgħux lura waqt li uliedhom ikunu f’ambjent sigur u ta’ standard għoli. Roderick Galdes spjega li b’dan il-proġett ta’ housing fis-Siġġiewi se jinbnew 84 appartament u 73 garaxx.

“Hawnhekk ukoll tkellimna mal-kunsill lokali fuq il-parkeġġ fejn l-ammont ta’ parkeġġ huwa sostanzjali fuq dan is-sit u anke iddeċidejna bħala kunsill lokali li l-gvern fis-siti li se jibni ta’ housing soċjali fis-Siġġiewi se jirdoppja l-ammont ta’ parkeġġ bl-għan li r-residenti jkunu moqdija. Allura se jibbenefikaw mhux biss ir-residenti li joqgħodu hawn imma tal-madwar ukoll minħabba l-ammont ta’ parkeġġ li se jiżdied.”

Is-Sindku tas-Siġġiewi, Dominic Grech qal li hu ta’ sodisfazzjon li l-kunsill lokali qed jingħata widen u jiġi ikkonsultat dwar dawn il-proġetti. Qal li l-proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali fi Triq Dun Manwel Zammit fis-Siġġiewi hu xhieda ta’ Gvern li tassew jemmen fit-tħaddim tal-prinċipju tal-ġustizzja soċjali u jipprattika dawn il-prinċipji bil-fatti.

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar