Barranin
Chloe Wiegand waqgħet 11-il sular għal isfel

Chloe Wiegand hija t-tarbija Amerikana li mietet mad-daqqa wara li waqgħet 11-il sular għal isfel minn cruise liner.

Hija kienet fuq btala ma’ familtha meta seħħet it-traġedja abbord ir-Royal Carribean.

Skont l-ewwel rapporti li ħarġu, Chloe żelqet minn idejn nannuha wara li poġġiha f’ħoġor tieqa iżda l-Avukat Ġenerali ta’ Miami, Michael Winkleman, xejjen dawn ir-rapporti u qal li t-tifla ma kinitx f’idejh u lanqas ma mietet fuq traskuraġni tiegħu.

Jidher li t-tifla resqet ħdejn tieqa li mhux suppost kienet miftuħa u waqgħet minn ġo fiha. Hija kienet imdorrija tersaq lejn il-ħġieġ tal-hockey stadium fejn kienu jieħduha biex tara lil ħuha jilgħab l-isport.

Dwar il-każ infetħet inkjesta.

Ara wkoll:

Tilef il-bilanċ u żelqitlu għal isfel it-tarbija li kellu f’idu

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-kap tal-isptar San Raffaele f’Milan l-Italja, Alberto Zangrillo, qal li klinikament il-virus m’għadux jeżisti fl-Italja. F’intervista mar-RAI huwa qal li l-iswab tests li saru fl-aħħar 10 ijiem urew li l-virus huwa…

Barranin

Il-Gvernatur ta’ Minnesota, Tim Walz qal li l-protesti li bdew f’Minneapolis wara l-mewt ta’ George Floyd u li nfirxu f’għadd ta’ stati oħra tilfu l-veru sens tagħhom. L-irvellijiet feġġu u…

Barranin

Fl-Indja, grupp ta’ xadini rnexxielhom jaħtfu kampjuni tad-demm ta’ pazjenti infettati bil-Coronavirus minn sptar fid-distrett ta’ Meerut f’Úttar Pradesh. Il-Ħamis li għadda, grupp ta’ xadini għamlu għal ħaddiem f’laboratorju li…

Aktar