Barranin
Chris Brown jinħeles mill-arrest fuq allegat stupru

Il-kantant Amerikan Chris Brown inħeles mill-arrest wara li kien arrestat fuq akkużi ta’ stupru.

Huwa ġie arrestat f’Pariġi wara li tfajla ta’ 24 sena allegat li l-kantant kien stupraha.

Flimkien ma’ Chris Brown ġew arrestati żewġt irġiel oħra b’rabta mal-allegat stupru. Dawn iż-żewġt irġiel, li qed jingħad li huma ħabib u bodyguard inħelsu mill-arrest ukoll.

L-allegat stupru qed jingħad li seħħ fil-15 ta’ Jannar ġewwa lukanda.

Min-naħa tiegħu Chris Brown dejjem ċaħad dawn l-akkużi. Wara li nħeles mill-arrest, Brown dar għal fuq il-mezzi soċjali u tenna li dawn l-akkużi m’humiex veritieri.

Għal Chris Brown dan ma kienx l-ewwel każ li bih xellef diefru mal-liġi. Fl-2009 huwa kien tressaq il-qorti wara li sawwat lill-kantanta, dak iż-żmien it-tfajla tiegħu Rihanna. Huwa kien instab ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ġie mogħti 5 snin probation u xogħol fil-komunità.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Student u attivist magħruf minn Hong Kong, Joshua Wong, sejjaħ għar-riżenja tal-mexxejja Carrie Lam, wara li nħeles mill-ħabs. L-istudent huwa sinonimu mal-protesti li seħħew f’Hong Kong lura fl-2014 liema dimostrazzjonijiet…

Barranin

Żewġt irġiel akkużati li ppużaw tal-attur Amerikan Geroge Clooney biex jippromwovu negozju tal-moda ġew arrestati fit-Tajlandja wara snin maħruba. Iż-żewġt irġiel, Francesco Galdelli ta’ 58 sena u Vanja Goffi, ta’…

Reliġjon

Il-Papa Franġisku kkonċelebra quddies fil-belt ta’ Camerinom fiċ-ċentru tal-Italja li ntlaqat b’terremot fl-2016. Il-Papa tkellem mar-residenti li għadhom sal-lum ibatu l-konsegwenzi tat-terremot. Huwa qalilhom li jinsab viċin tagħhom u dejjem…

Barranin

Fin-Nosinhar ta’ Franza l-Awtoritajiet iddikjaraw stat ta’ diżastru naturali wara li f’daqqa waħda bdiet niżla xita qlil u silġ imdaqqas. Il-maltempata kkawżat ħsara kbira fil-qasam agrikolu bil-Ministru tal-Agrikoltura Franċiż qal…

Aktar