
Lokali
Chris Cardona lura fil-kariga bħala Ministru u deputat mexxej tal-PL
Chris Cardona reġa’ ngħata l-kariga bħala Ministru għall-Ekonomija, Investiment, u Intrapriżi Żgħar u Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, wara li iktar kmieni din il-ġimgħa kien issospenda lilu nnifsu.
Dan l-iżvilupp tħabbar wara l-laqgħa tal-lum fil-Palazz tal-Girgenti bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-grupp Parlamentari Laburista, abbażi ta’ dak li ħareġ fil-Qorti.
Il-Ministru Cardona kien issospenda ruħu mill-kariga wara li ssejjaħ mill-Pulizija biex jiċċara xi fatti bħala parti mill-investigazzjoni fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Iktar tard, rapporti fil-midja fl-aħħar jiem qalu li kien sar tentattiv ta’ ‘frame-up’ kontra l-Ministru Cardona.
Ara wkoll:
AĠĠORNAT (2): Il-PM u d-deputati Laburisti jitilqu mir-residenza tal-Girgenti