Politika
Chris Fearne isostni li ma kellux x’jaqsam mal-ftehim ta’ Vitals

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li r-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-ftehim fuq l-isptarijiet ma’ Vitals ippubblikat illum jindika tħassib serju.

F’dikjarazzjoni fuq il-midja soċjali, id-Deputat Prim Ministru qal li dak iż-żmien huwa kien Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tas-Saħħa, u li ma kien involut xejn f’xi negozjati li ssemmew mill-Awditur, li setgħu saru qabel ma ħareġ l-RfP, u lanqas ma kien infurmat dwarhom.

Qal li r-rapport tal-Awditur jikkonferma dan b’mod ċar, filwaqt li sostna li huwa lanqas biss kien jaf bl-eżistenza tal-MOU.

Żied li l-Awditur jikkonferma wkoll kif is-Segretarjat għas-Saħħa (kif ukoll il-Ministeru tal-Finanzi) inżammu kompletament barra mill-ħrug tal-RfP.

Ara wkoll:

Konrad Mizzi jappella lill-Gvern biex jippubblika l-ftehim ma’ Vitals

Adrian Delia jistaqsi jekk il-Gvern hux se jispjega dwar il-kuntratt tal-Vitals

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar