Politika
AĠĠORNAT: Jagħlqu n-nomini għal mexxej tal-PL

Id-Depuat Prim Ministru Chris Fearne u d-deputat parlamentari Robert Abela huma ż-żewġ kandidati għall-ħatra ta’ mexxej tal-Partit Laburista minflok il-Prim Ministru Joseph Muscat.

L-Erbgħa fit-tmienja ta’ filgħaxija għalqu t-tliet ijiem li matulhom il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista rċeviet in-nomini għall-elezzjoni ta’ mexxej tal-Partit Laburista.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne fi stqarrija qal li għamel dan b’sens ta’ lealta’ lejn il-prinċipji u l-valuri li fuqhom huwa msejjes il-Partit Laburista li fih ilu jimmilita għal dawn l-aħħar 40 sena. Huwa qal li dawn huma mumenti li jitolbu kuraġġ u determinazzjoni. Huwa qal li kulħadd għandu jħossu assigurat li deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu ser jittieħdu fl-interess tal-partit u tal-pajjiż.

Id-deputat parlamentari Robert Abela fl-ewwel reazzjoni tiegħu wara li t-tefa’ n-nomina qal li l-Gvern irid ikompli b’kontwintà u ħolqien ta’ ġid u biex ikun assigurat dan iridu jittieħdu d-deċiżjonijiet, b’uħud minnhom diffiċli. Qal li hemm lok fejn il-governanza tajba tissaħħaħ. Dwar l-investigazzjonijiet ta’ Daphne Caruna Galizia, Dr Abela qal li għandhom jibqgħu għaddejjin sakemm issir ġustizzja.

F’kummenti wara li t-tefgħu n-nomina tagħhom, Dr Fearne u Dr Abela, qalu li kabinett immexxi minnhom ma jkunx inkluż Konrad Mizzi.

F’dan ix-xenarju b’żewġ kandidati mhemmx bżonn vot fil-Konferenza Ġenerali, u għalhekk iż-żewġ nomini ser jitressqu mill-ewwel għall-vot tal-Kungress tal-Partit Laburista f’elezzjoni skedata għall-11 ta’ Jannar.

Il-membri tal-Kungress tal-Partit Laburista huma s-776 Delegat tal-Konferenza Ġenerali, Uffiċjali u Membri tal-Kumitati, Sezzjoni Kunsilliera, Forum Kandidati u t-tesserati li jkun ilhom mill-inqas ħames snin regolari fil-ħlas tas-sħubija tagħhom.

Television Malta huwa infurmat li hemm madwar 10,000 membru li diġa’ huma eliġibbli li jivvutaw, bin-numru jista’ jitla’ għal 20,000 meta jirregolsrizzaw ruħhom skont l-istatut.

Aħbarijiet Oħra
Parlament

L-Ispeaker Anġlu Farrugia f’ruling li ta fil-bidu tas-seduta Parlamentari qal li prima facie hemm każ ta’ ksur ta’ privileġġ mid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi fil-konfront tad-Deputat Chris Cardona. Dr Cardona talab…

Politika

L-ex Ministru Justyne Caruana qalet li se terġa’ tikkontesta fl-elezzjoni li jmiss u żżid il-maġġoranza f’Għawdex. Fuq post fuq Facebook hija rringrazzjat lil kull min qed juriha soliderjetà f’dan iż-żmien…

Politika

Il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri ta xi kummenti lil TVM qabel ma ltaqa’ l-Kabinett dalgħodu. Huwa qal li se jassigura li l-Ministeru ta’ Għawdex se jkun Ministeru ta’ kulħadd, tal-Għawdxin…

Politika

Veteran fil-politika mal-Partit Laburista, elett fi tmien elezzjonijiet ġenerali konsekuttivi, deputat għal aktar minn tnejn u tletin sena u b’esperjenza fil-kabinett f’żewġ leġislaturi, l-Avukat Anton Refalo nghata l-ġurament tal-ħatra mill-President…

Aktar