Lokali
Christabelle determinata tippromwovi aktar il-kawża li tkanta għaliha

Fil-ġimgħa ddedikata għall-Brain Awareness Week, ir-rebbieħa tal-Malta Eurovision Song Contest, Christabelle Borg ġiet mistiedna mill-Ambaxxatur Taljan Mario Sammartino fir-residenza tiegħu f’Ta’ Xbiex flimkien ma’ għadd ta’ esperti Taljani fil-qasam tas-saħħa mentali.

Fl-isfond tad-diska rebbieħa ‘Taboo’, il-kantanta Christabelle ġiet mistiedna mill-Ambaxxata Taljana biex tattendi u tkun preżenti għall-laqgħat u l-attivitajiet li se jsiru matul din il-ġimgħa.

Preżenti għar-riċeviment kien hemm bosta esperti mid-dinja tas-saħħa mentali fosthom in-newrologu rinomat Professur Giacomo Rizzolatti.

Il-Professur Giacomo Rizzolatti, li ġie mistieden Malta biex jitkellem dwar xogħlu u l-iskoperti li saru fil-qasam tiegħu, qal lil TVM kemm huwa importanti li titqajjem aktar kuxjenza dwar is-saħħa mentali l-għaliex aħna lkoll bnedmin u għandna nuru empatija ma’ min qed ibati fis-skiet.

L-Ambaxxatur Taljan Mario Sammartino qal lil TVM li Malta u l-Italja qed jikkollaboraw flimkien biex iqajjmu aktar kuxjenza dwar is-saħħa mentali bis-saħħa tal-Assoċjazzjoni ta’ Professuri u Riċerkaturi Taljani li jaħdmu fl-Università ta’ Malta.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Wara d-dehra mill-isbaħ li ħadet il-funtana ta’ Tritoni bis-saħħa tar-restawr, persuni li fl-aħħar jiem ittawlu fil-funtana kienu ddiżappuntati meta nnutaw li l-qiegħ kien qed jittebba’ xi ftit. It-tebgħat jidhru donnhom…

Kultura

Il-kantanta Taljana Francesca Alotta tinsab Malta biex għada tkanta flimkien mal-istudenti tal-iskola Mater Boni Consilii Saint Joseph, Raħal Ġdid, f’kunċert b’risq l-Istrina. F’intervista ma’ TVM, Francesca Alotta tkellmet fuq esperjenzi…

Qorti

Żewg Egizzjani li kienu fi triqithom lejn pajjizhom bil-flus li tawhom kollegi taghhom biex jghadduhom lill-familji, spiċċaw fil-għali. Huma ġew akkużati li kienu qed iġorru flus iktar milli tippermetti l-liġi….

Kisbiet

Għandha 93 sena, u kienet fost l-ewwel nisa li servew bħala deputati fil-Parlament. Ann Agius Ferrante, li kienet bint l-ex avukat ġenerali Philip Pullicino, tirrakkonta mumenti ħelwin kemm mal-ex Prim…

Aktar