Christabelle – Kindgom

Il-kanzunetta “Kingdom” ta’ Christabelle hija waħda mill-aktar dinamiċi, b’ritmu li jvarja minn wieħed kalm għal dak aktar enerġetiku. B’lirika ta’ Matt Muxu Mercieca u mużika ta’ Elton Zarb “Kingdom” tgħaddi l-messaġġ li minkejja li kulħadd huwa differenti fid-dinja niffurmaw parti mill-istess “renju” u għalhekk kulħadd huwa magħqud. L-enerġija tal-kanzunetta se tkun riflessa fuq il-palk mill-movimenti tal-erba’ żeffiena femminili kif ukoll dawk tal-kantanta nnifisha.