Lokali
Malta ma għaddietx għall-finali tal-Eurovision tas-Sibt li ġej

Malta ma għaddietx għall-finali tal-Eurovision Song Contest tas-Sibt li ġej.  Din is-sena għal Malta ħadet sehem Christabelle bil-kanzunetta ‘Taboo’ b’wirja impekkabbli f’Altice Arena, fil-Portugall.

L-10 pajjiżi li għaddew għall-finali ta’ nhar is-Sibt huma s-Serbja, il-Moldova, l-Ungerija, l-Ukrajna, l-Isvezja, l-Awstralja, in-Norveġja, id-Danimarka, is-Slovenja u l-Olanda.  Il-kantanta l-oħra Maltija, Jessika, li ħadet sehem għal San Marino m’għaddietx ukoll għall-finali tas-Sibt li ġej.

Is-Sibt b’hekk se jkunu 26 il-pajjiżi finalisti li se jieħdu sehem f’tentattiv biex jirbħu t-63 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.

Ara wkoll:

ARA: Christabelle tkanta Taboo fis-semifinali

ARA: Jessika tieħu sehem fis-SF tal-Eurovision f’isem San Marino