Barranin
Christian Eriksen joħroġ mill-isptar

Il-plejer Daniż Christian Eriksen għadu kif ħareġ mill-isptar wara li ġie operat f’qalbu. Eriksen ilu rikoverat fl-isptar Rigshospitalet f’Copenhagen mis-Sibt li għadda wara li kkollassa waqt il-partita tal-Euro 2020 bejn pajjiżu u l-Finlandja.

Fi tweet, il-Federazzjoni tal-Futbol Daniża qalet li dalgħodu Eriksen żar lil sħabu tan-nazzjonal f’Helsingør, u li issa se jkun qed iqatta’ ftit jiem ta’ mistrieħ mal-għeżież tiegħu. Żiedet li Eriksen irringrazzja lil kull min kien viċin tiegħu f’dawn il-jiem diffiċli.

Eriksen qal li jinsab tajjeb. Stqarr, li ħa pjeċir immens li reġa’ ltaqa’ ma’ sħabu tan-nazzjonal u li se jkunilhom ta’ sapport għal-logħba li jmisshom jilagħbu nhar it-Tnejn kontra r-Russja.

Ilbieraħ, Eriksen aċċetta li jitwaħħallu apparat ma’ qalbu biex jgħinha taħdem.