“Ċikka Tirriċikla” karattru ġdid biex tgħallem lit-tfal jisseparaw l-iskart

L-iskema nazzjonali għal ġbir u mmaniġġjar ta’ skart tal-ippakkeġġjar, Green MT kompliet bil-kampanja favur ir-riċiklaġġ kemm fid-djar u mill-komunità kummerċjali.

F’attività fl-iskola primarja tas-Siġġiewi, ġiet introdotta Ċikka Tirriċikla, li spjegat l-importanza li kull dar f’Malta u Għawdex tieħu l-inizjattiva li tissepara l-iskart.

Ċikka Tirriċkla hija l-Mascot l-ġdid tal-Green MT li qed twassal il-messaġġ li jekk “tirriċikla llum tgawdi għada”. Ċikka Tirriċikla żaret l-Iskola Primarja tas-Siġġiewi fejn spjegat lit-tfal l-importanza tas-separazzjoni tal-iskart biex jonqos l-iskart li jispiċċa fl-‘Engineered Landfill’.

Studenta tat-tielet sena Valentina Bezzina qalet, “Aħna nirriċiklaw il-kartun, karti nodfa .. għax inkun qed nirriċiklaw minflok narmu l-affarijiet it-tajbin.”

Student tal-ħames sena Carrick Saliba qal, “Għandna l-borża l-griża nitfgħu il-plastik, kartun. U l-kuluri huma abjad, kannella iswed u blu.

Il-messaġġ twassal permezz taż-żfin u l-mużika, bil-għan li t-tfal jitrawmu minn età żgħira jibżgħu għall-ambjent.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Green MT Joe Attard stqarr li l-iskema laħqet il-mira li tirkupra 60% tal-irkupru tal-materjal li l-membri tagħha tefgħu fis-suq, iżda żied jgħid li s-separazzjoni tal-iskart mid-djar mhux qed jiżdied kif mixtieq.

Is-Sur Attard qal, “Fid-djar tagħna għadna lura milli nilħqu l-miri nazzjonali. Għalhekk dan huwa wieħed mill-kampanji edukattivi tagħna u llum introduċejna l-maskot Ċikka Tirriċikla biex permezz tal-attivitajiet fl-iskejjel, it-tfal tagħna iwasslu l-messaġġ fid-djar lill-ġenituri u t-tfal juru iżjed inizjattiva biex nirriċiklaw iżjed skart riċiklabbli.

Is-Sur Attard spjega li fl-2015, l-iskema ffinanzjata mill-komunità kummerċjali rnexxielha żżid il-volum tal-iskart riċiklat paragun mas-sena ta’ qabel. Qal li s-sena l-oħra Green MT ġabret aktar minn 12,400 tunnellata ta’ skart riċiklabbli.

Aħbarijiet Oħra
Air Malta

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru riżultati finanzjarji pożittivi għal-linja nazzjonali tal-ajru. Fil-ftuħ tal-fiera annwali tal-ivjaġġar, l-AMITEX, il-Ministru qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li l-Air…

Politika

Fi Brussell, kien hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li attenda għal-laqgħa tal-kapijiet tal-partiti membri tal-Partit Popolari Ewropew. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkowtat lil Dr Delia jgħid li jeħtieġ li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-realtà fid-drama dwar Brexit hi li jiġri x’jiġri, l-UE se tkun qed ittawwal il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE b’ġimgħa biss, għax jekk il-ġimgħa d-dieħla il-Parlament…

Sport

Sens kbir ta’ sodisfazzjon u arja ta’ festa fost il-kontinġent Malti li kkompeta fil-logħob dinji tal-Ispecial Olympics. It-28 atleta b’diżabbiltà intellettwali ġejjin lura Malta b’erbgħin midalja, 12 minnhom tad-deheb. L-atleti…

Aktar