Kronaka
Ċiklist isofri minn grieħi gravi wara inċident fl-Imsida

Raġel ta’ 52 sena mir-Renju Unit u li jgħix Tas-Sliema ġarrab ġrieħi gravi wara inċident waqt li kien qed isuq ir-rota fl-Imsida.

Il-pulizija qalu li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.00 a.m. ftit metri ‘l bogħod mill-għassa tal-Imsida.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien hemm inċident bejn rota li kien qed isuq ir-raġel mir-Renju Unit u karozza li kien qed isuq raġel ta’ 38 sena minn Santa Venera.

Iċ-ċiklist ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku fuq il-post u wara, ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.