Kronaka
Ċiklist jindarab gravi f’inċident ma’ karozza

Ċiklist weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku fir-Rabat.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-7.30 fi Triq il-Buqana.

Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn rota, li fuqha kien hemm raġel ta’ 54 sena residenti r-Rabat, u Toyota Aygo, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 56 sena residenti Ħal Qormi.

Iċ-ċiklist ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku fuq il-post, ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.