Kronaka
Ċiklist jindarab gravi wara inċident f’Ħal Tarxien

Ċiklist ta’ 35 sena minn Ħal Tarxien indarab gravi wara li seħħ inċident bejn rota u karozza.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.15am fi Triq Ħal Tarxien, f’Ħal Tarxien.

Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 71 sena.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet liċ-ċiklist l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi gravi.