Safar
Ċipru jħabbar li lest jilqa’ lill-Maltin mid-9 ta’ Ġunju

Il-kabinett Ċiprijott approva pjan ta’ azzjoni biex jiftaħ l-ajruport u jillaxka l-miżuri tal-ivjaġġar mid-9 ta’ Ġunju. Għall-ewwel se jippermetti biss ċittadini minn 19-il pajjiż li jeħtieġ li jkunu ċċertifikati b’saħħithom qabel itiru lejn Ċipru.

Il-pjan ta’ azzjoni jinkludi żewġ fażijiet – l-ewwel fażi bejn id-9 ta’ Ġunju u d-19 ta’ Ġunju u t-tieni fażi mill-20 ta’ Ġunju ‘l quddiem.

Il-Ministru għat-Trasport ta’ Ċipru ħabbar ukoll it-tmiem tal-kwarantina mandatorja mill-15 ta’ Mejju u l-ftuħ tal-lukandi mill-1 ta’ Ġunju skont il-protokolli tas-saħħa.

Iċ-ċittadini mid-19-il  pajjiż li se jitħallew isiefru lejn Ċipru tqassmu f’żewġ kategoriji skont il-mod kif ikkontrollaw l-imxija tal-Covid-19.

Dawk fl-ewwel kategorija jinkludu l-Greċja, Malta, il-Bulgarija, in-Norveġja, l-Awstrija, il-Finlandja, is-Slovenja, l-Ungerija, Iżrael, id-Danimarka, il-Ġermanja, is-Slovakja u l-Litwanja.

Sitt pajjiżi oħra tpoġġew fit-tieni kategorija li huma l-Iżvizzera, il-Polonja, ir-Rumanija, il-Kroazja, l-Estonja u r-Repubblika Ċeka.

Waqt l-ewwel fażi, il-passiġġieri jridu jkunu għamlu test tal-Covid-19 72 siegħa qabel jitilgħu abbord ajruplan għal Ċipru. Residenti f’Ċipru se jitħallew jagħmlu t-test mal-wasla tagħhom fil-pajjiż u jridu jibqgħu iżolati sakemm joħroġ ir-riżultat.

Fit-tieni fażi, mill-20 ta’ Ġunju ‘l quddiem, passiġġieri mill-ewwel kategorija ta’ pajjiżi, m’għandhomx għalfejn jipprovdu ċertifikat iżda dawk ġejjin mit-tieni kategorija ta’ pajjiżi iva.

Titjiriet minn pajjiżi li mhumiex inklużi fiż-żewġ kategoriji se jitħallew biss jekk ikunu qed iġorru ċittadini Ċiprijotti jew persuni li jkun ingħatalhom permess speċjali. Dawn ukoll iridu jgħamlu test tal-Covid-19, 72 siegħa qabel jitilgħu fuq l-ajruplan jew mal-wasla tagħhom f’Ċipru iżda jridu jibqgħu iżolati għal ġurnata sakemm joħroġ ir-riżultat.

Il-passiġġieri kollha li jmorru Ċipru minn pajjiżi li mhumiex inklużi fiż-żewġ kategorijiet jridu jibqgħu iżolati għal 14-il ġurnata. L-ispejjeż tat-test, tal-ivjaġġar u tal-kwarantina jridu jħallsuhom il-passiġġieri.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes nieda l-viżjoni tal-ewwel Sistema Nazzjonali tal-Housing f’Malta. Aktar minn 50 stakeholder nġabru madwar il-mejda għat-tfassil tal-ewwel sistema ta’ housing f’Malta. Il-Ministru Galdes qal li d-deċiżjoni…

Temp

L-Uffiċċju Meterjoloġiku ta’ Malta qed iwissi b’riħ qawwi. Ir-riħ mill-Majjistral ser ikun qawwi kultant fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sat-3 ta’ għada filgħodu

Aktar