Lokali
Cirque du Soleil mistennija ttella’ spettakli live f’Malta

Fit-tliet snin li ġejjin l-akbar kumpanija teatrali fid-dinja: Cirque du Soleil se ttella’ spettakli f’Malta. Il-kumpanija se tippreżenta spettakli live f’Dar il-Mediterran, mifruxa fuq sitt ġimgħat fis-sena. L-aħbar ingħatat mill-Ministru tat-Turiżmu, Konrad Mizzi, waqt avveniment li fakkar l-40 sena mill-ftuħ ta’ Dar il-Mediterran għall-Koferenzi.

L-erbgħin sena minn meta binja li għal snin twal serviet ta’ sptar ġiet restawrata u attrezzata f’ċentru għal konferenzi, laqgħat u spettakli tfakkar b’kunċert minn fuq il-palk tas-sala “Repubblika” li sa mill-11 ta’ Frar 1979 intużat għal avvenimenti kbar fuq livell nazzjonali u internazzjonali: żjarat mir-Reġina Eliżabbetta II, għal darbtejn laqgħet lill-mexxejja tal-Commonwealth, is-Summit ta’ Malta li laqqa’ l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea u l-Afrika, diversi edizzjonijiet tal-festival kanzunetta għall-Ewropa u l-Junior Eurovision, kunċerti minn artisti ta’ fama u spettakli ta’ żfin.

L-ispettaklu tas-Sibt filgħaxija kien bħal mixja tul l-avvenimenti ewlenin irreġistrati fid-djarju ta’ dan il-post fl-aħħar erbgħin sena.

Mal-filmati mill-arkivji, twaħħdu l-mużika mill-Orkestra tal-Mediterran, immexxija minn Maestro Bruno Santori, u kant bis-sehem ta’ artisti lokali u barranin

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi, ħabbar li bħala parti mill-ħidma biex il-post jilqa’ avvenimenti ta’ fama mondjali, għat-tliet snin li ġejjin minn din is-sala se tkun qed tagħti spettakli l-akbar kumpanija teatrali fid-dinja: Cirque du Soleil. L-ispettakli tagħhom se jkunu qed jiġu ppreżentati fuq medda ta’ sitt ġimgħat kull sena. Din il-kumpanija ħolqot stil ġdid fl-arti taċ-ċirklu bi spettakli kbar ta’ divertiment, kollha live. Imwaqqfa fil-Kanada, il-kumpanija timpjega 4,000 persua li 1,300 minnhom huma artisti. Il-produzzjonijiet taċ-Cirque du Soleil ittellgħu f’sittin pajjiż u f’35 sena laħqu udjenzi ta’ aktar minn 180 miljun persuna.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Dar il-Mediterran li nbniet biex tikkura lil kulħadd saret il-post li jilqa’ lil kulħadd. Bħalissa l-gvern qed iwettaq b’€10m f’investimenti f’Dar il-Mediterran, fosthom il-ħolqien ta’ mużew virtwali li se jagħti lill-viżitaturi esperjenza tal-istorja tal-post bl-użu ta’ teknoloġija diġitali.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Instab mejjet r-raġel Daniż li kien irrappurtat nieqes nhar il-5 ta’ Ġunju li għadda. TVM huwa infurmat li Allan Hartmann-Jensen ta’ 53 sena instab mejjet dalgħodu fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni…

Unjoni Ewropea

Kellu jkun summit li jiddetermina l-ġejjieni immedjat tal-Unjoni Ewropea… għaliex kellu jiddiskuti mhux biss aġenda strateġika b’numru ta’ prioritajiet, iżda possibilment kellu jwitti t-triq għal qbil dwar in-nomini ta’ dawk…

Kronaka

4 persuni ddaħħlu l-isptar għal kura wara inċident tat-traffiku li seħħ ftit wara t-8p.m. TVM huwa infurmat li l-ħabta ‘head-on’ seħħet fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas, fl-akwati ta’ Wied…

Unjoni Ewropea

Laqgħa Għolja li qed tiltaqa’ bħalissa fi Brussell tista’ tiddetermina l-ħames snin li ġejjin tal-Unjoni Ewropea. Bil-mexxejja Ewropej, fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat, qed jiddiskutu mhux biss il-prioritajiet li fuqhom…

Aktar