Artiklu bi ħlas
Cisk b’lager ġdida bla alkoħol

Il-Birrerija Farsons li tipproduċi ċ-Cisk Lager qed tniedi birra oħra fil-portafoll estensiv tagħha – iċ-Cisk 0.0. Lager, mingħajr alkoħol, imfassla għal min irid irażżan il-konsum tal-alkoħol bla ma jitlef it-togħma tal-birra.

Il-Kap tas-Sales u l-Marketing fi ħdan is-Simonds Farsons Cisk, Susan Weenink Camilleri qalet li l-qasam tas-suq tal-birra bla alkoħol qed jikber b’rata mgħaġġla għax il-konsumaturi qed ifittxu aktar għażliet favur saħħithom u fl-istess ħin ħerqana għall-birra.

Cisk 0.0 fiha l-istess ingredjenti tradizzjonali u naturali taċ-Cisk. Il-birra titħalla tiffermenta u timmatura u mbagħad jitneħħilha l-alkoħol kollu fi proċess apposta li xorta waħda jżommilha t-togħmiet tal-frott u tax-xgħir li huma sinonimi ma’ Cisk.

Għal aktar tagħrif tista’ żżur dan is-sit jew segwi din il-paġna fuq Facebook.