Brexit
Ċittadini Ingliżi f’Malta mħassba dwar il-futur ta’ qrabathom fir-Renju Unit

Sentejn u nofs wara li l-poplu Ingliż iddeċieda li joħroġ mill-Unjoni Ewropea, ħafna Ingliżi huma tal-fehma li Brexit spiċċat ferm differenti minn dak li ħasbu li vvutaw dwaru fl-2016. Din kienet l-veduta ta’ numru ta’ ċittadini Ingliżi f’Malta, li qalu lil Television Malta li jinsabu inkwetati dwar il-futur tal-qraba tagħhom fir-Renju Unit, b’uħud minnhom qalu li għandu jsir referendum ieħor.

Il-Membri Parlamentari Konservattivi Boris Johnson u Jacob Rees Mogg li kienu esponenti ewlienin tal-kampanja għal Brexit qalu li jekk il-ftehim jiġi approvat, ikun tradiment tal-poplu tar-Renju Unit.

Boris Johnson qal “after two and a half years of procrastination, the public would accuse us in this place of deliberately of setting out to frustrate their wishes.”

Johnson u Rees Mogg huma fost il-madwar mitt deputat tal-Partit Konservattiv li ser jivvutaw kontra il-Prim Ministru taghhom stess, akkost li dan jista’ eventwalment iwassal għal vot ta’ sfiduċja fil-gvern, li jitressaq mill-kap tal-oppozizzjoni Laburista Jeremy Corbyin.

Jeremy Corbyn qal “the Government is in disarray, if the Prime Minister’s deal is rejected, it is time for a general election, it is time for a new government.”

Għall-Gvern Ingliż vot kontra l-ftehim ifisser kriżi ta’ inċertezza, mhux biss fuq livell ekonomiku imma anki għall-istituzzjonijiet tar-Renju Unit. Saħansitra l-Avukat Ġenerali Geoffrey Cox jappella lill-parlamentari fil-House of Commons biex ma jilagħbux bil-ħajja taċ-ċittadini Ingliżi.

Geoffrey Cox qal “thousands of contracts, thousands of transaction, thousands of administrative proceedings, judicial proceedings in the European Union in this country will be plunged into legal uncertainty, it would be the height of irresponsibility for any legislator to contempalte with equanimity such a situation.”

Dan is-sentiment ta’ inċertezza jinħass ukoll fost ċittadini Inglizi li joqgħodu Malta li stqarrew it-tħassib tagħhom dwar is-sitwazzjoni li qed tiżviluppa.

Il-vot fuq il-ftehim tal-Brexit qed jitqies bħala l-aktar vot kruċjali f’aktar minn ġenerazzjoni li ttieħed fil-Parlament Ingliż fuq kwistjoni li qasmet min-nofs ir-Renju Unit u għamlitu renju diżunit.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Il-Pulizija qed tfittex lil dan ir-raġel filwaqt li qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku. Ir-raġel qed jiġi mfittex fuq allegat każ ta’ stupru. Jekk xi ħadd għandu xi informazzjoni jista’ jikkuntattja lill-pulizija…

Droga

Raġel ta’ 34 sena mit-Togo li ntbagħat il-ħabs wara li pprova jitlaq minn Malta b’passaport falz, instab li kien fil-pussess tad-droga. Is-sejba saret minn scanner tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin malli…

Edukazzjoni

Aktar minn terz tal-popolazzjoni ta’ Ġibiltà għandha għeruq Maltin li jmorru lura għall-emigrazzjoni lejn dan it-territorju Ingliż, fil-punent tal-Mediterran. Dixxendenti Maltin f’Ġibiltà huma rispettati ħafna, b’uħud okkupaw karigi importanti fil-politika,…

Aktar