Politika
Ċittadini Ingliżi li jgħixu Malta se jkunu jistgħu jivvutaw fl-elezzjonijiet tar-Renju Unit

Iċ-ċittadini Ingliżi li jgħixu barra r-Renju Unit, fosthom madwar 10,000 li huma residenti fil-gżejjer Maltin, se jkunu jistgħu jivvutaw fl-elezzjonijiet li jsiru fir-Renju Unit fis-snin li ġejjin.

F’intervista ma’ Television Malta l-Kummissarju Għoli għar-Renju Unit, Cathy Ward, ħeġġet lir-residenti Ingliżi f’Malta biex japplikaw għall-karta tar-residenza biex ikunu jistgħu jibqgħu jgħixu hawnhekk.

Ir-residenti Ingliżi li jagħmlu iktar minn 15-il sena jgħixu barra r-Renju Unit sa issa ma setgħux jibqgħu jivvutaw f’elezzjonijiet li jsiru fir-Renju Unit.

Din il-miżura laqtet lil miljuni ta’ ċittadini Inglizi li ilhom jgħixu barra r-Renju Unit għal aktar minn 15-il sena, li fost oħrajn waslet li mijiet ta’ eluf ma setgħux jivvutaw fir-referendum dwar Brexit anke jekk kienu milquta direttament minn din id-deċiżżjoni.

Ward qalet li wara li fid-diskors tar-Reġina tħabbar li din is-sena l-Gvern Ingliż se jkun qiegħed iwettaq il-wegħda tiegħu li jerġa’ jintroduċu d-dritt tal-vot liċ-ċittadini li jghixu barra r-Renju Unit.

“It is a change which was an election manifesto commitment by the Prime Minister to make easier for British who live abroad to keep voting in British elections”.

Ward qalet li din il-bidla ser tagħti lura dritt importanti liċ-ċittadini tar-Renju Unit li permezz tiegħu se jibqgħu ikunu parteċipi f’deċiżjonijiet importanti għar-Renju Unit.

“If you are somebody who has been born, raised or has spent a big part of their life living in the UK, you’ve contributed to that country with your taxes etc, and if you have worked for a long time in the UK and for example you retired in Malta, you will be receiving your pension through the UK. So you still want to have a say in the policies being adopted in the country which could affect some of your rights after you leave the country”.

Il-Kummissarju Għoli Ingliża tkellmet ukoll dwar it-tiġdid tal-karta tar-residenza Maltija li trid isir minn kull ċittadin tar-Renju Unit li joqgħod fil-gżejjer Maltin.

Hija qalet li 9,000 minnhom diġà applikaw waqt li ħeġġet lill-1,000 li fadal biex ifittxu japplikaw sal-aħħar ta’ din ix-xahar.

“Please, please register for your residency card, and that card when you have got it, it will guarantee your health rights, it is very important for receiving your vaccine here in Malta so it is fundamental that people who have not done so yet, organise themselves and do it. Even if your paperwork is not complete you should still register and send everything you to Identity Malta and if any of your neighbours and know anyone who has not done it please encourage them do so”.

Il-Kummissarju Għoli għar-Renju Unit qalet li huwa essenzjali li r-residenti kollha tar-Renju Unit li joqgħodu Malta japplikaw għall-karta tar-residenza ġdida biex ma jitilfux id-dritt li joqgħodu fil-gżejjer Maltin għal żmien indefinit.