Claudia Faniello b’single ġdida wara waqfa qasira

Claudia Faniello għadha kif ħarġet single ġdida akkumpanjata ma’ ‘lyric video li ġġib l-isem ta’ ‘One Fine Day’. Id-diska ġiet miktuba flimkien ma’ Errol, il-kantant tal-grupp Airport Impressions.

Claudia ħadet waqfa qasira sabiex tkun tista’ tikteb materjal ġdid għall-album li bi ħsiebha toħroġ fis-snin li ġejjien. Fil-fatt f’din id-diska hija qed tesperimenta bi stil differenti minn dak li nafuha bih is-soltu.

“Inħossni eċċitata ħafna rigward ‘One Fine Day’ għax qatt ma ħriġt xi ħaġa hekk. Għandha melodija li ġġiegħlek tħossok tajjeb u fuq kollox titkellem dwar sitwazzjonijiet tal-ħajja li kwalunkwe persuna tista’ tirrelata magħhom. Ħadt naqra żmien sabiex noħroġ diska oħra għax ridt nikkonċentra iżjed fid-dettall fuq il-ħoss u l-messaġġ li nixtieq inwassal bil-mużika tiegħi. Din id-diska hija ħjiel ta’ fuq xiex qed naħdem u fejn nixtieq nasal,” qalet Faniello.

Sadanittant Claudia qed tħejji il ‘music’ video tagħha li għandu joħroġ fil-futur qrib.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Instab post alternattiv biex id-detox ma jibqax fejn l-isptar San Luqa fi G’Mangia. Dan ġie konfermat mill-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali Alfred Grixti li madankollu ma tax dettalji tal-post…

Kronaka

Ir-raġel li lbieraħ il-Pulizija ppubblikaw ritratti tiegħu qed ikun imfittex b’rabta ma’ serqa li seħħet ix-xahar illi għadda f’Tas-Sliema. Il-Pulizija talbet l-għajnuna tal-pubbliku biex issib lil dan ir-raġel. Minn stħarriġ…

Saħħa

Kollaborazzjoni bejn kumpanija fil-qasam tal-farmakoloġija li tinsab ibbażata f’Malta u riċerkatur Taljan qed twassal għal iżjed riċerka fit-terapija għall-kanċer. Din ir-riċerka hi ibbażata fuq sustanti meħuda minn pjanti mediterranji. Il-Professur…

Aktar