Qorti
Claudio Grech jirbaħ libell kontra l-Kulħadd u One Radio

One Radio u l-gazzetta Kulħadd, weħlu €4,000 bejniethom f’danni fil-kawża tal-libell li saret kontrih mid-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech.

Huma nstabu li taw malafama lis-Sur Grech fi storja li ppubblikaw f’Ġunju tal-2016 meta allegaw li qabel l-elezzjoni tal-2013, is-Sur Grech ipprova jinfluwenza wieħed mix-xhieda fl-iskandlu dwar il-korruzzjoni fix-xiri taż-żejt. Il-Qorti qalet li l-istorja kienet intenzjonata li titfa’ dell fuq is-sur Grech aktar milli tirraporta l-fatti.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Fis-sentejn li għamlu Malta, il-Franċiżi ħallew timbru li għadu magħna sal-lum. Ħames xhur wara li Malta saret membru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija, komplew l-attivitajiet biex ifakkru l-Jum Internazzjonali tal-Frankofonija, f’pajjiżi li…

Kronaka

Rumen ta’ 30 sena darab ġrieħi gravi wara li l-forklifter li kien riekeb fuqu nqaleb. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-23:15 ġewwa t-Tarzna fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid. Il-forklifter kien misjuq…

Kronaka

Għall-ħabta tat-3am, karozza tat-tip Nissan Juke nqerdet bin-nar fi Triq Giuseppi Cali, Ta’ Xbiex. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fuq il-post fejn tfew in-nar li ħakem lill-karozza. Fl-inċident, żewġ vetturi oħra…

Aktar