Kisbiet
Clayton Micallef jingħata l-Ordni Nazzjonali tal-Mertu

Clayton Micallef kien jagħmel parti mill-Armata Maltija, iżda fl-2004 kellu inċident li kkaġunalu ħsara kbira fix-xewka ta’ dahru, li ħallietu ipparalizzat minn għonqu ’l isfel.

Minħabba li ma jistax iċaqlaq idejh u saqajh, Micallef għandu ħtiġijiet kumplessi u jeħtieġ għajnuna kontinwa, iżda qabel dan it-tip ta’ servizz kien ineżistenti. Iżda minkejja d-diffikultajiet kollha huwa rsista biex jinħoloq dan is-servizz, u fl-2010 ngħataw fondi għal proġett pilota li permezz tiegħu nies bħal Micallef setgħu jgħixu fil-kumdità ta’ darhom.

Micallef ta ukoll sehmu f’attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi kif ukoll fi programmi televiżivi bl-għan li joħloq għarfien dwar kwistjonijiet ta’ diżabilità u kwistjonijiet oħra soċjali.

Fl-2012, Micallef iddeċieda li jkompli l-istudji tiegħu permezz ta’ Baċellerat fil-Psikoloġija. Minħabba nuqqas ta’ aċċessibiltà għall-ħtiġijiet speċifiċi tiegħu, ma setax jattendi l-lectures fl-Università b’mod regolari u beda jħabbat wiċċu ma’ tfixkil li b’mod regolari jgħaddu minnu l-persuni bi bżonnijiet bħal tiegħu.

Għaldaqstant beda jirsisti, u għadu s’issa jfittex li jiltaqa’ mal-persuni rilevanti sabiex iġib it-tibdil meħtieġ f’dan il-qasam.

Fil-fatt fl-2013 kiseb fondi mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni sabiex tiġi introdotta l-istruttura meħtieġa, kif ukoll isir audio recording tal-lectures. Minkejja d-diffikultajiet, fl-2018, Micallef temm il-Baċellerat tiegħu fil-Psikoloġija u beda jsegwi kors f’livell ta’ Masters mal-Università ta’ Aberdeen fl-Iskozja.

Ara wkoll:

ARA: Il-paraliżi ma żammitux milli jiggradwa bl-unuri

Aħbarijiet Oħra
Internet

Riklami foloz fuq Facebook bi stejjer dwar kif personalitajiet Maltin saru miljunarji wara li investew flushom, huma qarrieqa. Il-Kampanja Nazzjonali għall-Għarfien u Edukazzjoni dwar is-Sigurtá Diġitali, wissiet lill-pubbliku biex joqgħod…

Saħħa

Bl-influwenza tilħaq l-aqwa tagħha f’dawn il-jiem, l-Isptar Mater Dei sa dalgħodu anke kellu numru ta’ pazjenti fil-kuridur minħabba li s-sodod kollha jinsabu mimlija. Madankollu l-awtoritajiet tas-saħħa ċaħdu li l-virus tal-influwenza…

Safar

Waħda mid-destinazzjonijiet li qed issir ferm popolari magħna l-Maltin, hija bla dubju l-Marokk. Pajjiż li joffri attrazzjonijiet varji u interessanti. L-oriġini ta’ dan l-isem ġej minn Marrakesh, belt fin-nofsinhar ta’ dan il-pajjiż…

Kronaka

Kompliet illum il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Jelle Rijpma li qed jiġi akkużat bil-qtil tal-ex maħbuba u kollega tiegħu Shannok Mak, li nstabet b’għonqha mħanxar f’Santa Venera. Mill-kumpilazzjoni, ħareġ li l-ġuvni…

Aktar