Qorti
Clifford Gatt Baldacchino jingħata l-libertà proviżorja

Il-futboler Clifford Gatt Baldacchino, li jumejn ilu kien ikkundannat 15-il xahar ħabs, ingħata l-ħelsien mill-arrest b’diversi kundizzjonijiet, waqt li tpoġġa wkoll taħt ordni ta’ trattament.

Gatt Baldacchino kien ammetta li baqa’ jagħti fastidju lill-eks sieħba tiegħu meta beda jipprova jċemplilha ftit jiem wara li ngħata sentenza sospiża ta’ 6 xhur ħabs u kien ordnat ma jagħmilx kuntatt magħha.

Fis-seduta ta’ jumejn ilu l-Qorti qalet li l-aġir ta’ Gatt Baldacchino kien rabtilha jdejha, u għalhekk ikkundannatu total ta’ 15-il xahar ħabs.

Huwa appella mis-sentenza, u waqt is-seduta tal-lum argumenta li kien ċempel lill-eks sieħba mal-20 darba għaliex kellu l-paga fil-kont tal-bank tagħha, u ried jitlobha tibgħatielu. Qal li bagħtilha wkoll email, u li meta ċempel deher bħala ‘unknown number’ għax hija kienet imblukkat in-numru tiegħu mill-mobile tagħha.

Il-Qorti tal-Appell, ippreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, qalet li anki jekk kellu raġuni ġenwina, Gatt Baldacchino qatt ma kellu jinjora l-ordni tal-Qorti.

Filwaqt li l-qalet li l-libertà proviżorja mhix dritt awtomatiku, ikkunsidrat li l-appell kien sar biss b’rabta mal-piena, u għalhekk m’hemmx biża’ ta’ tbgħabis tal-provi, u lanqas li l-imputat jaħrab minn Malta.

Huwa ngħata għalhekk il-libertà proviżorja b’għadd ta’ kundizzjonijiet li fil-fehma tal-Qorti jgħinu lil Gatt Baldacchino jindirizza l-ossessjoni fuq l-eks sieħba. Fost il-kundizzjonijiet huwa ma jistax joħroġ minn daru bil-lejl, irid jobdi lill-uffiċjal tal-probation, u jiġi eżaminat minn psikjatra.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Robert Vella, waqt li għad-difiża dehru Dr Edward Gatt, Dr Mark Vassallo, u Dr Jean Paul Sammut.

Ara wkoll:

Jeħel 15-il xahar ħabs wara li baqa’ jagħti fastidju lill-eks sieħba

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Partit Nazzjonalista permezz tal-kelliem tiegħu Edwin Vassallo wera tħassib li fi kliemu għexieren ta’ bdiewa se jiġu żgumbrati mill-għelieqi tagħhom biex issir estensjoni tal-miżbla fil-Magħtab. Huwa qal dan wara l-avviż…

Politika

Waqt laqgħa f’Kastilja mal-Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-prijorità tal-Gvern hi li jżid l-għadd ta’ nisa fil-Parlament, u li jara sehem iktar attiv tan-nisa fil-ħajja…

Saħħa

Walking Malta huwa proġett ta’ riċerka li ilu għaddej sentejn mill-Istitut tal-Università dwar it-tibdil fil-klima u l-iżvilupp sostenibbli bl-appoġġ tal-Kunsilli Lokali ta’ Msida, Gżira, Birkirkara u San Ġwann. Permezz ta’…

Kronaka

Tliet impjegati f’ħanut tad-divertiment f’Paceville ġew akkużati li taw xebgħa lil raġel Afrikan u ħallewħ ferut gravi. Il-każ seħħ nhar il-Ħadd li għadda. Yermakov Mykhailo, Stepan Stankov u Dorde Dudic ġew…

Aktar