Barranin
Coca-Cola fost kumpaniji li bbojkottjaw lil Facebook fuq diskors razzista

L-ismha ta’ Facebook ilbieraħ niżlu bi 8.3% wara li iktar minn 90 kumpanija kbar waqqfu r-reklamar fuq din il-pjattaforma soċjali.

Il-kumpaniji qed jagħmlu dan il-bojkott fost pressjoni dejjem tikber biex it-tmexxija ta’ Facebook twaqqaf diskors ta’ mibegħda jew ta’ natura razzjali, anki jekk isir mill-politiċi.

L-aħħar kumpanija li waqqfet ir-reklami fuq Facebook hija l-Coca Cola, bil-Kap Eżekuttiv James Quincey jgħid li m’hemmx post għar-razziżmu fid-dinja u lanqas fuq il-midja soċjali, u talab iktar kontabbiltà u trasparenza minn dawn il-pjattaformi.

F’dikjarazzjoni iktar kmieni, Facebook qal li se jibda jittimbra materjal li potenzjalment ikun ta’ ħsara jew li jiżgwida, iżda li jitħalla jidher minħabba l-valur tal-aħbar.

Il-fundatur Mark Zuckerberg qal ukoll li Facebook se jkun qed iwaqqaf kull reklamar li jimbotta l-idea li persuni ta’ ċertu razza, nazzjonalità, reliġjon, orjentazzjoni sesswali, immigranti u oħrajn, jistgħu b’xi mod ikunu ta’ theddida għal ħaddieħor.

Aħbarijiet Oħra
Safar

Malta, Franza, Spanja, l-Italja u l-Ġermanja huma fost il-pajjiżi Ewropej li r-Renju Uniti iqis bħala pajjiżi b’riskju baxx. Tħallew barra pajjiżi bħall-Iżvezja, l-Istati Uniti u l-Brażil minħabba l-għadd għoli ta’…

Barranin

Jean Castex hu l-Prim Ministru l-ġdid ta’ Franza. Dan wara li Édouard Philippe rreżenja mill-kariga li kienu ilu jservi 3 snin. Dan l-iżvilupp seħħ wara li l-Partit ta’ Macron mar…

COVID-19

Riċerkaturi fl-Università Federali ta’ Santa Catarina fil-Brażil ħabbru li f’Novembru li għadda sabu l-preżenza ta’ coronavirus f’kampjun tad-drenaġġ, li ttieħed minn Florianopolis, il-kapitali ta’ Santa Catarina fin-Nofsinhar tal-Brażil. Dan ifisser…

Barranin

L-awtoritajiet Amerikani approvaw sanzjonijiet ġodda kontra ċ-Ċina minħabba liġi ġdida ta’ ndħil dwar is-sigurtà f’Hong Kong. Din il-liġi kienet ikkundannata mill-komunità internazzjonali. Il-miżuri tal-Gvern Amerikan li għaddew bi qbil assolut…

Aktar