Concitha tasal fl-arena tal-Malta Eurovision

Il-kantanta rebbieħa tal-Eurovision Song Contest Conchita Wurst ta’ din is-sena waslet f’pajjiżna fejn illejla se tkun qed hi li tiftaħ il-finali tal-Malta Eurovision Song Contest fis-sit tal-Malta Shipbuilding fil-Marsa.

Il-kantanta Awstrijaka se tkun qed tiftaħ il-festival tal-lejla bil-kanzunetta Rising like a Phoenix, iżda bħala l-mistiedna speċjali tal-lejla, hija se tkun qed tkanta wkoll kanzunetti oħrajn mir-reportju ġdid tagħha.

Conchita Wurst il-kantanta bil-leħja u trasvestita mill-Awstrija bdiet il-karriera tagħha bl-isem veru tiegħu Thomas jew aħjar “Tom” Neuwirth. Iżda l-personalità li żviluppa bħala Conchita Wurst – drag queen bil-leħja, ħalliet l-ikbar impressjoni fl-Eurovision f’Kopenhagen id-Danimarka.