Corazon – Falling Glass

Il-kantanta Corazon se tinterpreta parti mill-kanzunetta tagħha għal din is-sena, “Falling Glass” mal-pjanu. Il-kanzunetta ta’ Corazon għandha ritmu iżjed mgħaġġel milli l-udjenza hija mdorrija tara minn din il-kantanta. It-tibdil fl-istil tal-kanzunetta se jkun rifless ukoll mill-mod kif din tiġi ppreżentata fuq il-palk. L-interpretazzjoni ta’ “Falling Glass” b’kitba ta’ Jonas Gladnikoff, Sara Ljunggren u Georgios Kalpakidis, se tkun akkumpanjata minn koreografija li tirrifletti l-fraġilità li hija t-tema tal-kanzunetta.