Barranin
Coronavirus fiċ-Ċina: 6 ħaddiema fil-qasam tas-saħħa mietu u aktar minn 1,700 infettati

Uffiċjali Ċiniżi qalu li sitt ħaddiema fil-qasam tas-saħħa mietu u aktar minn 1,700 ħaddiema spiċċaw infettati bil-coronavirus minn meta feġġ fil-belt ta’ Wuhan, provinċja ta’ Hubei fiċ-Ċina. Huma esprimew tħassib għan-nuqqas ta’ tagħmir protettiv.

Il-mewt tat-tabib Li Wenliang, li kien ipprova jwissi dwar il-periklu ta’ dan il-virus, qajmet rabja kbira fil-pajjiż. Aktar minn 1,300 persuna mietu bil-coronavirus filwaqt li l-ammont ta’ infezzjonijiet fiċ-Ċina, sploda għal kważi 64,000 każ.

Minkejja dan, stejjer ta’ fejqan minn dan il-virus qed ikun hemm ukoll, inkluż il-fejqan mill-coronavirus ta’ tarbija ta’ 10 xhur.

Aħbarijiet Oħra

Fl-Italja mas-70% tal-poplu vvota biex inaqqas id-daqs tal-Parlament tal-pajjiż b’aktar minn terz. Dan ifisser li l-għadd ta’ Membri Parlamentari jonqos minn 634 għal 400. Ma’ dan se jiċkien ukoll is-Senat.  B’kollox…

Minn tal-inqas terz mill-270 balena li telgħu max-xatt f’Tasmania mietu u hemm il-biża’ li se jmutu aktar. Bijoloġisti marittimi qed jaħdmu qatigħ u jagħmlu milli jistgħu sabiex isalvaw il-baleni. Sa…

Min-nhar il-Ħamis li ġej fl-Ingilterra, il-pubs, barijiet, ristoranti u stabbilimenti turistiċi se jkollhom jagħlqu fl-għaxra ta’ filgħaxija minħabba l-bżonn li tiġi kkontrollata l-imxija tal-Covid-19. Bil-liġi kull settur tal-ospitalità jrid iservi…

Fl-Indja fetaħ mill-ġdid għat-turisti t-Taj Mahal wara 6 xhur magħluq minħabba l-pandemija. Dan l-iżvilupp seħħ minkejja li l-Indja hu l-agħar pajjiż milqut mill-imxija.Bħalissa fl-Indja hemm iktar minn 5 miljun persuna…

Aktar