Barranin
Coronavirus fl-Awstralja: Tisgħol f’wiċċu biex tpattihielu

Saħnu l-irjus waqt vjaġġ trankwill fuq ferrovija hekk kif is-sogħla ta’ mara wassal għal tilwima bejn tnejn.

Kif jixhed il-filmat miġbud minn ġurnalist li kien abbord il-ferrovija, mara spiċċat tisgħol f’wiċċ passiġġier ieħor tapposta hekk kif urtat ruħha wara li, bil-prudenza kollha, talabha biex tgħatti ħalqha meta tisgħol.

Il-gvern Awstraljan, bħal ħafna awtoritajiet oħrajn madwar id-dinja, ħareġ b’bosta kampanji ta’ informazzjoni u struzzjonijiet kif wieħed għandu jevita t-tixrid tal-Coronavirus, speċjalment f’postijiet pubbliċi.

Il-passiġġier li kien faċċata tal-mara ħass il-ħtieġa biex ifakkarha ssegwi l-istruzzjonijiet tal-gvern u tgħatti ħalqha meta tisgħol. Il-mara min-naħa tagħha qalet li meta bdiet tisgħol fil-bidu ma fetħitx ħalqha.