Barranin
Coronavirus: fl-Italja l-imwiet telgħu għal 12 u 6 itfal infettati

Mil-lat internazzjonali aktar pajjiżi ewropej irrapurtaw każijiet ta’ Coronavirus. Fl-Italja, l-imwiet telgħu għal tnax waqt li hemm 400 każ ta’ Coronavirus, fosthom sitt itfal. Dan ma wassalx lill-pajjiżi ġirien biex jagħqu l-fruntieri mal-Italja, wara laqgħa bejn Ministri tas-saħħa ta’ pajjiżi ewropej u l-Kummissjoni Ewropea.

Fi Franza raġel ta’ 60 sena miet wara li rriżulta pożittiv għall-Coronavirus. L-Awstrija, Spanja, il-Greċja, il-Kroazja u l-Iżvizzera qalu li kellhom każijiet ta’ nies li wara li żaru l-Italja, sarulhom testijiet u kkonfermaw li għandhom il-virus. F’Tenerif fi Spanja, elf ruħ minn 25 pajjiż differenti ma jistgħux joħorġu mil-lukanda wara li nstab każ ta’ Coronavirus.

L-istess ġara fl-Alġerija u fil-Brażil, li sar l-ewwel pajjiż fl-Amerka t’Isfel li għandu każ ta’ Coronavirus. It-tħassib dwar il-Coronavirus wassal biex is-swieq finanzjarji madwar id-dinja naqsu għall-ħames jum infila, b’ekonomisti qed ibassru li l-Italja tinsab riesqa lejn riċessjoni oħra din id-darba minħabba coronavirus.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Maria Teresa ta’ Bourbon-Parma mietet bil-Coronavirus fl-età ta’ 86 sena. Il-Prinċipessa Spanjola, li tiġi kuġina mill-bogħod tar-Re Felipe VI, mietet f’Pariġi. Il-funeral tagħha sar l-Ġimgħa, f’Madrid.

Barranin

Il-World Health Organization (WHO) għadha qed tirrakkomanda li l-maskri m’għandhomx jintlibsu jekk wieħed ma jkunx marid bil-Covid-19 jew qed idur b’persuni morda. Skont Dr Mike Ryan, li huwa direttur eżekuttiv…

Barranin

L-Italja, li huwa l-aktar pajji Ewropew milqut mill-imxija tal-Coronavirus fejn s’issa tilfu ħajjithom 11,591 persuna, estendew il-lockdown sal-Għid. Il-pajji jinsab fiduċjuż li din il-miżura, għalkemm ħarxa, se tagħti l-frott hekk…

Barranin

It-tobba madwar id-dinja qegħdin jippruvaw test tad-demm ġdid li kapaċi jaqbad aktar minn 50 tip ta’ kanċer, qabel ma jimmanifestaw ruħhom is-sintomi tal-marda. Dan it-test jista’ jgħin lit-tobba jaqbdu l-kanċer…

Aktar