Barranin
Coronavirus fl-Italja: Tabib irtirat jitlef ħajtu biex jgħin lil ħaddieħor

Tabib irtirat minn Brescia, Gino Fasoli ssagrifika ħajtu biex jgħin lil ħaddieħor li nħakem mill-coronavirus li ħasad il-ħajja ta’ eluf minn madwar id-dinja.

Fasoli ma ħasibhiex darbtejn biex jitlaq kollox minn idejh u jirritorna lura lejn ix-xogħol biex jgħin lil dawk li mhux ilaħħqu u lanqas isibu tarf il-pandemija tal-Covid-19.

Fasoli ta’ 73 sena ntalab mill-ex kollegi tiegħu biex jagħti daqqa t’id u jagħti ftit tan-nifs lill-istaff mediku.

B’xorti ħażina, Fasoli spiċċa laqqat il-virus u miet fl-isptar San Rocco viċin Brescia fejn b’ruħu u b’ġismu daħal biex idur bil-pazjenti morda.

Fasoli kien magħruf għad-dedikazzjoni tiegħu fuq ix-xogħol u r-rieda li dejjem jgħin lill-proxxmu.

Matul il-karriera vasta tiegħu kien mar volontarjat fl-Afrika fejn saħansitra ġie maħtuf f’villaġġ partikolari biex ifejjaq lill-morda.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

COVID-19

Analiżi xjentifika mill-istatistiku Dr Vincent Marmara tal-każi tal-coronavirus fil-kuntest tal-miżuri meħuda mill-awtoriajiet tas-saħħa Maltin, tagħti stampa inkoraġġanti għax ir-rata ta’ infezzjonijiet minn persuna għall-oħra tbaxxiet. Iżda, Dr Marmara wissa’ li…

Aktar