Lokali
Coronavirus: Is-servizz tal-posta Malti lejn iċ-Ċina sospiż

Is-servizz tal-posta Malti lejn iċ-Ċina ġie sospiżi b’effett immedjat minħabba li diversi linji tal-ajru ssospendew it-titjiriet lejn iċ-Ċina.

Il-Maltapost ħabbret li se twaqqaf dawn is-servizzi sakemm jinħareġ avviż ieħor minkejja li m’hemm l-ebda riskju li l-virus jinġieb b’oġġetti postali. Fi żvilupp separat, l-Għaqda Dinija tas-Saħħa ħabbret li hemm 73,000 każ tal-Coronavirus ikkonfermati fosthom erbatax-il Amerikan li kienu fi kwarantina abbord cruiseliner li jinsab il-Ġappun.

Il-media Ċiniża rrapurtat li d-direttur ta’ sptar f’Wuhan iċ-Ċina miet wara li ġie infettat bil-coronavirus. Studju estensiv dwar il-coronavirus wera li l-infermiera u tobba jinsabu f’riskju akbar li jimirdu bil-virus. Sa issa hemm iżjed minn 1,700 uffiċjal medici li kienu infettati bil-virus.

It-tabib Liu Zhiming, li kellu 51 sena, kien qed imexxi wieħed mis-seba’ sptarijiet li qed jitrattaw pazjenti li għandhom il-coronavirus. Il-konfuzjoni dwar il-mewt tiegħu ġeddet memorji dwar il-mewt ta’ Li Wenliang, tabib ta’ 34 sena li fil-bidu tas-sena pprova jqajjem allarm dwar il-coronavirus iżda kien skreditat mill-awtoritajiet Ċiniżi.

Skont l-aħħar ċifri dal-virus s’issa qatel 1,873 persuna, u infetta mill-inqas tlieta u sebgħin elf persuna, bi kwazi elfejn każ ġdid li ġew ikkonfermati llum.

“These data give us a better understanding about the age range of people affected, the severity of the disease and the mortality rate. As such, they are very important in enabling WHO to provide good evidence-based advice to countries. We encourage all countries to share their data publicly. The data also appeared to show a decline in new cases. This trend must be interpreted very cautiously. Trends can change as new populations are affected. It’s too early to tell if this reported decline will continue. Every scenario is still on the table.”

Kollox jindika li l-awtoritajiet Ċiniżi qed jagħmlu dak kollu possibli biex jikkontrollaw il-virus hekk kif madwar 150 miljun ruħ jinsabu prattikament imsakkrin f’darhom u 760 miljun oħra qed isegwu resitrizzjoni fuq l-ivvjaġġar biex tkun kontrollat l-imxija.

Issoktat ukoll is-saga tal-MV Westerdam li tħalla jidħol fil-Kambodja wara li ma tħalliex jankra f’ ħames portijiet minħabba każ issuspettat ta’ Coronavirus li rriżulta li kien minnu meta irriżulta li Amerikana li għandha 83 sena għandha l-coronavirus.

Filwaqt li l-koppja Maltija li kienet fuqu qed tinżamm fi kwarantina f’Malta, ġurnal lokali rrapporta li kien hemm ukoll anzjan Malti abbord il-vapur.

Aħbarijiet Oħra

Illum, fil-Ġimgħa l-Kbira, il-Pulizija ħarġet total ta’ 59 multa lil persuni li kienu qed jiksru l-liġi billi nġabru barra f’qaqoċċa. Skont l-avviż legali LN 112/113 huwa illegali li f’post pubbliku jkun…

Lokali

Il-pandemija ħarbtet ir-rutina tax-xogħol ta’ bosta. Ħafna ħaddiema spiċċaw jaħdmu mid-dar bit-teleworking. Mhux kulħadd iżda jista’ jagħmel dan fosthom il-ħaddiema fl-isptar fejn żiedet il-pressjoni fuq l-infermiera u t-tobba fost oħrajn….

Reliġjon

Il-knejjes baqgħu bil-bibien magħluqa u l-bankijiet vojta. Għall-Ġimgħa l-Kbira din hi xena li qatt ħadd ma esperjenza, lanqas fil-gwerra! Diversi parroċċi xandru fuq il-midja soċjali mumenti ta’ talb quddiem l-altar…

Avjazzjoni

L-assoċjazzjoni Maltija tal-avjazzjoni kummerċjali (MBAA) qed titlob kjarifiki mingħand il-gvern b’rabta mal-għajnuna finanzjarja li ġiet imħabbra. Fi stqarrija l-MBAA qalet li l-avjazzjoni kummerċjali hija l-ikbar settur tal-avjazzjoni u tikkontribwixxi iktar…

Aktar