Barranin
Coronavirus: Jitilgħu għal 908 il-mejta

Fil-ġurnata tal-Ħadd, il-Coronavirus qatel 97 persuna, l-ikbar numru ta’ vittmi f’ġurnata s’issa.

It-total tal-imwiet fiċ-Ċina issa tela’ għal 908. Fiċ-Ċina hemm infettati 40,171 persna, waqt li hemm 187,518 taħt osservazzjoni medika.

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa bagħtet team ta’ esperti lejn Beijing biex jgħinu fl-investigazzjoni tal-virus il-ġdid.

Skont statistika Ċiniża, 3,281 pazjent ġew ikkurati u nħarġu mill-isptarijiet.

Turisti u residenti fil-kapitali tal-Tajwan, Taipei ma ħallewx il-biża’ tal-coronavirus tneħħilhom il-gost tal-festival annwali tal-lanterni li kull sena jixgħel is-smewwiet.

It-Tajwan għandu 16-il-każ konfermat tal-coronavirus u kemm viżitaturi u anke residenti li attendew il-festival kellhom jgħattu wiċċhom bil-maskli protettivi.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għat-tielet ġurnata infila, iċ-Ċina ħabbret tnaqqis f’każijiet ġodda ta’ infezzjonijiet mill-coronavirus. L-awtoritajiet irrapportaw 2,009 każi ġodda u 142 mewt fil-pajjiż. Aktar kmieni din il-ġimgħa kien hemm żieda fil-każi ġodda wara…

Barranin

Il-Qatar miexi biex jistabilixxi rekord ġdid bħala l-iżgħar pajjiż li qatt organizza t-tazza tad-dinja, anke jekk il-klima sħuna tal-Qatar u l-fatt li m’għandux tradizzjoni kbira tal-futbol jagħmlu din il-missjoni iktar…

Barranin

Filmat miġbud taħt il-baħar juri xena kommoventi ta’ għaddasa Taljani li għenu kelb il-baħar kbir fil-Maldivi. L-għaddasa kienu qegħdin viċin il-gżira Fuvahmulah, meta ltaqgħu ma’ whale shark ta’ madwar 4…

Barranin

Riċerkaturi qed iwissu fuq il-ħsara psikoloġika u morali li jemmnu li tista’ ssir meta l-intelliġenza artifiċjali tintuża għal skopijiet sesswali. Huma qed isostnu li l-produzzjoni ta’ robots għas-sess mhux qed…

Aktar