COVID-19
Coronavirus: l-ilma mbierek jitneħħa mill-knejjes

Fuq talba tal-awtoritajiet tas-saħħa, l-ilma mbierek tneħħa mill-knejjes madwar Malta u Għawdex.

Din id-deċiżjoni ttieħdet bħala miżura mill-Kurja biex jitwaqqaf it-tixrid tal-virus li daħal anke f’Malta.

Din id-deċiżjoni ssegwi dik ta’ ftit ġimgħat ilu; li t-tqarbin Ewkaristiku bl-ostja għandu jsir biss fl-idejn u mhux fuq l-ilsien.

Qed jiġi mħeġġeġ ukoll li min jiċċelebra l-quddiesa għandu jiżgura ruħu li jkun iddiżinfetta jdejh sewwa qabel ma tibda l-quddiesa u qabel jibda jqarben, bin-nies preżenti għall-quddiesa jkunu żgurati minn dan.