COVID-19
Coronavirus: L-istat ta’ Victoria fl-Awstralja jiddikjara stat ta’ diżastru

L-istat ta’ Victoria fl-Awstralja ddikjara stat ta’ diżastru u mpona miżuri ġodda ta’ lockdown wara żieda fl-infezzjonijiet ġodda ta’ coronavirus.

Il-Premier ta’ Victoria, Daniel Andrews qal li r-restrizzjonijiet se jidħlu fis-seħħ mill-Ħadd fis-6 p.m.

Bil-miżuri l-ġodda, ir-residenti tal-kapitali ta’ Victoria, Melbourne mhux se jkunu jistgħu joħorġu minn djarhom bilejl u se jingħataw inqas raġunijiet biex joħroġu minn djarhom matul il-ġurnata.

Ir-residenti mhux se jitħallew jivjaġġaw aktar minn 5 kilometri minn djarhom, jistgħu jagħmlu eżerċizzju fiżiku darba biss f’ġurnata u persuna waħedha se titħalla tmur tixtri affarijiet essenzjali.

Sa ftit ġimgħat ilu, l-Awstralja kien qed jirnexxielha tikkontrolla l-imxija u kienet irreġistrat mas-17,000 każ u 200 mewt. Iżda l-każijiet ġodda fl-istat ta’ Victoria, l-aktar stat popolat fl-Awstralja, qed jiżdiedu b’rata mgħaġġla u kien għalhekk li reġġgħu ġew imposti miżuri ta’ lockdown.

Il-Ħadd kienu rrapportati 671 każ ġdid u seba’ mwiet mill-Covid-19 f’Victoria. Dan żied it-total ta’ infezzjonijiet f’dan l-istat għal 11,557 u 123 mewt.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi tmiem laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela, qal li l-Kunsill qabel fuq għadd ta’ punti b’eċċezzjoni għall-Assoċjazzjoni Medika li ma tridx li jsiru attivitajiet bħal…

Barranin

Tarbija f’Beirut kienet waslet biex titwieled meta seħħet l-ewwel splużjoni ta’ jumejn ilu, li farrket il-ħġieġ tas-sala tal-isptar. Il-mument inqabad minn missier it-tarbija, li dak il-ħin inzerta qed jiġbed filmat…

Barranin

It-tieni jum wara l-isplużjoni li heżżet il-kapitali Lebaniża, Beirut, fost sens qawwi ta’ xokk u rabja l-poplu kompla jnaddaf il-ħerba li sab ruħu fiha. S’issa mal-160 persuna kienu kkonfermati mejta…

COVID-19

Minn għada s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, se terġa’ tibda tagħti aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19. Ix-xandira diretta se tibda ssir kull nhar ta’ Ġimgħa fin-12.30pm u se tixxandar fuq…

Aktar