Barranin
Coronavirus: L-UE b’laqgħa straordinarja għall-Ministri tas-Saħħa

L-Unjoni Ewropea se tagħmel laqgħa straordinarja għall-Ministri tas-Saħħa nhar il-Ħamis sabiex jiddiskutu l-imxija tal-coronavirus. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa wissiet li l-każi tal-virus barra miċ-Ċina jistgħu jiżdiedu b’rata mgħaġġla.

Il-Gvern Ingliż iddikjara l-coronavirus bħala theddida serja għas-saħħa pubblika u ħabbar miżuri biex jikkontrolla l-imxija tal-virus fosthom li l-persuni jistgħu jiġu sfurzati fi kwarantina u ma jistgħux joħorġu meta jridu.

Ċentru tas-saħħa fi Brighton għalaq temporanjament wara li membru tal-istaff irriżulta pożittiv għall-coronavirus. Fir-Renju Unit hemm tmien każi ta’ Ingliżi morda bil-coronavirus minbarra ħamsa li rriżultaw pożittivi għall-virus fi Franza.

Sadattant, 60 persuna li kienu kwarantina fuq vapur tal-passiġġieri fil-Ġappun irriżultaw pożittivi għall-virus u dan tella’ l-ammont ta’ passiġġieri infettati bil-virus għal 130 minn total ta’ 3,700 passiġġier.

Intant illum miljun ta’ nies irritornaw għax-xogħol fiċ-Ċina wara l-btajjel tal-ewwel tas-sena li ġew estiżi mill-aħħar ta’ Jannar f’mossa biex tiġi kkontrollata l-imxija tal-virus.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għat-tielet ġurnata infila, iċ-Ċina ħabbret tnaqqis f’każijiet ġodda ta’ infezzjonijiet mill-coronavirus. L-awtoritajiet irrapportaw 2,009 każi ġodda u 142 mewt fil-pajjiż. Aktar kmieni din il-ġimgħa kien hemm żieda fil-każi ġodda wara…

Barranin

Il-Qatar miexi biex jistabilixxi rekord ġdid bħala l-iżgħar pajjiż li qatt organizza t-tazza tad-dinja, anke jekk il-klima sħuna tal-Qatar u l-fatt li m’għandux tradizzjoni kbira tal-futbol jagħmlu din il-missjoni iktar…

Barranin

Filmat miġbud taħt il-baħar juri xena kommoventi ta’ għaddasa Taljani li għenu kelb il-baħar kbir fil-Maldivi. L-għaddasa kienu qegħdin viċin il-gżira Fuvahmulah, meta ltaqgħu ma’ whale shark ta’ madwar 4…

Barranin

Riċerkaturi qed iwissu fuq il-ħsara psikoloġika u morali li jemmnu li tista’ ssir meta l-intelliġenza artifiċjali tintuża għal skopijiet sesswali. Huma qed isostnu li l-produzzjoni ta’ robots għas-sess mhux qed…

Aktar