COVID-19
Coronavirus: “Żomm il-qattus ġewwa”

Ix-xjentisti veterinarji rrakkomandaw lis-sidien ta’ qtates sabiex iżommu l-pets tagħhom ġewwa biex jgħinu jnaqqsu l-firxa tal-coronavirus. Huma saħqu li s-sidien m’għandhomx għalfejn jinkwetaw minn riskju ta’ infezzjoni mill-pets tagħhom.

Sallum ma kinx hemm każ wieħed ta’ kelb jew qattus li nfetta bniedem bil-Covid-19. Riċerka uriet li l-qtates jistgħu jieħdu l-virus minn qtates oħra.

Biex wieħed jipprevjeni riskju li l-virus jgħaddi minn fuq il-pil tal-annimali għal fuq idejn il-bniedem, wieħed għandu jaħsel idejh spiss speċjalment wara li jkun mess l-annimal u kemm jista’ jkun iżomm il-qtates ġewwa fid-dar.

Huma rrakomandaw ukoll biex is-sidien inaqqsu l-kuntatt mal-pets tagħhom bħal tgħanniq u biex ma jħalluhomx imissu klieb oħra meta joħorġuhom mixja.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Black Lives Matter sar moviment li nxtered madwar id-dinja fi ftit jiem wara l-mewt ta’ George Floyd, raġel iswed li nqatel f’Minneapolis fl-Istati Uniti minn pulizija abjad fil-25 ta’ Mejju….

COVID-19

Studenta ta’ 22 sena, Rebecca Caruana kitbet ktejjeb elettroniku dwar il-pandemija tal-Covid 19 li se jiġi ppubblikat ftit tal-jiem oħra fi New York bi sħab mal-organizazzjoni dinjija tas-saħħa u ċ-Ċentri…

COVID-19

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa bidlet il-pariri tagħha dwar il-maskri u issa qed tgħid li dawn għandhom jintlibsu dejjem fil-pubbliku biex jonqos ir-riskju tat-tixrid tal-coronavirus. Il-WHO sostniet li informazzjoni ġdida turi li…

COVID-19

Komplew jonqsu l-każijiet attivi tal-COVID-19 f’Malta. Fl-aħħar aġġornament dwar l-imxija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li fl-aħħar 24 siegħa fiqu 13-il persuna u ħarġu żewġ każijiet ġodda. Dan ifisser li b’hekk f’Malta…

Aktar