COVID-19
Covid-19: Każ ġdid f’Malta, 3 ifiqu, ebda mewt

In-numru ta’ każijiet attivi tal-Covid-19 issa huwa ta’ 27 wara li bejn ilbieraħ u llum ġew irrappurtati każ ġdid minn 1,839 ‘swab tests’ li saru.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li fiequ 3 persuni u li ma kienet irrappurtata l-ebda mewt relatata mal-Covid-19. B’hekk, it-total tal-vittmi baqa’ ta’ 420.

30,589 persuna ħadu l-virus mindu feġġ f’pajjiżna f’Marzu tal-2020. B’kollox, s’issa fiequ 30,142 persuna.

Intant, sal-bieraħ ingħataw 625,844 doża tal-vaċċin li minnhom 351,962 kienu tal-ewwel doża. 285,817 persuna huma mlaqqma għalkollox.