COVID-19
Covid-19: 2 każijiet ġodda, 5 ifiqu, ebda mewt

In-numru ta’ każijiet attivi tal-Covid-19 niżlu għal 64 wara li feġġew żewġ każijiet ġodda u fiequ ħamsa.

Fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet rappurtata ebda mewt relatata mal-Covid-19 biex in-numru tal-vittmi baqa’ 419.

Il-każijiet il-ġodda feġġew minn 1,817 ‘swab test’ li tellgħu t-total ta’ testijiet għal 949,582 u dawk tal-każijiet fil-pajjiż għal 30,579.

Bil-każijiet ġodda ta’ fejqan telgħu għal 30,096 dawk li skont l-awtoritajiet tas-saħħa rkupraw mill-pandemija.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 576,256 doża tal-vaċċin li minnhom 334,367kienu l-ewwel doża.

In-numru ta’ persuni li huma vaċċinati kompletament issa huwa ta’ 251,553.