Lokali
Covid-19: 3 każi ġodda f’Malta, 4 ifiqu, ebda mewt

In-numru ta’ każijiet attivi tal-Covid-19 issa huwa ta’ 32 wara li bejn ilbieraħ u llum ġew irrappurtati 3 każi ġodda minn 1,965 ‘swab tests’ li saru.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li fiequ 4 persuni u li ma kienet irrappurtata l-ebda mewt relatata mal-Covid-19. B’hekk, it-total tal-vittmi baqa’ ta’ 420.

30,588 persuna ħadu l-virus mindu feġġ f’pajjiżna f’Marzu tal-2020. B’kollox, s’issa fiequ 30,136 persuna.

Intant, sal-bieraħ ingħataw 616,102 doża tal-vaċċin li minnhom 348,633 kienu tal-ewwel doża. 278,588 persuna huma mlaqqma għalkollox.